Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT

PR0455
Date Icon 15/03/2010

Il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali ddiskuta l-ħsarat li possibilment jiġu kawżati mill-antennas tat-telefon ċellulari.

F’din il-laqgħa tal-Kumitat ħadu sehem il-Professur Daniel Massa kif ukoll riċerkatur indipendenti fix-xjenza Barrie Trower li taw preżentazzjoni u spjegaw lill-Kumitat kif l-antennas tat-telefon ċelluri jikkawżaw ħsarat fis-saħħa tal-bniedem b’mod partikolari fit-tfal.

Fil-preżentazzjoni ġie spjegat kif kurrent eletromanjetiku barrani li jidħol fil-ġisem tal-bniedem jista’ jaffettwa b’mod ħażin lis-saħħa tal-bniedem. Ġie muri wkoll kif hemm ko-inċidenza ta’ żieda fil-mard tal-kanċer maż-żieda fid-densità ta’ strumenti li jikkawżaw kurrent eletromanjetiku fl-arja.

Prof Massa stqarr kif il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni rigward problemi fis-saħħa tal-bniedem ikkawżat minn kurrenti eletromanjetiċi. Din ir-riżoluzzjoni tistieden lil stati membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll lill-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex jiġi stabbilit one stop shop li jirregola l-istallazzjoni ta’ antenni li jikkawżaw dawn il-kurrenti.

Din ir-riżoluzzjoni ssejjaħ ukoll sabiex jsiru aktar investigazzjonijiet fuq il-ħsara li jikkawżaw dawn il-kurrenti speċjalment fuq it-tfal kif ukoll jkun hemm fondi għal aktar riċerka f’dan is-settur.

Prof Massa kkwota wkoll rapport li ħarġet aġenzija tar-riċerka fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fejn stqarret li dawn il-kurrenti eletromanjetiċi possibbilment jistgħu jikkawżaw il-kanċer fosthom lewkimja fost it-tfal. Ġew ikkwotati ukoll id-diversi rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-WHO fuq dan is-suġġett.

Fil-preżentazzjoni ġie suġġerit li f’Malta jeħtieġ li l’hekk imsejħa mobile base stations jiġu eżaminati qabel ssir l-istallazzjoni. Prof Massa ppropona wkoll li għandha tidħol taxxa fuq l-istallazzjoni kif ukoll fuq l-applikazzjoni tal-antennas. Barra minn hekk ġie propost li għandhom jiġi stabbiliti ODZs f’żoni fejn ma jistax ikun hemm stallazzjoni tal-antennas.

Il-laqgħa kompliet bil-preżentazzjoni tar-riċerkatur indipendenti fix-xjenza Barrie Trower. Trower qajjem diversi punti fejn kien hemm ukoll reazzjoni minn naħa tal-membri. Fosthom is-Sur Trower ġie mistieden jagħti aktar informazzjoni dwar testijiet tad-demm fejn jitkejlu l-kurrenti eletromanjetiċi. Is-Sur Trower stqarr li dawn it-testijiet għadhom pjuttost ġodda u s’issa qed isiru biss minn żewġ tobba. Barra minnhekk ġie diskuss ukoll l-evidenza li turi l-ħsarat ikkawżati minn dawn il-kurrenti fosthom jekk humiex biss dawn l-antennas li qed jikkawżaw radjazzoni li taffettwa b’mod ħażin is-saħħa tal-bniedem. Is-Sur Trower stqarr li l-antennas huma l-kawża prinċipali għax jixħtu radjazzjoni b’mod kontinwu.

Il-President tal-Kumitat ippropona li din id-diskussjoni għandha titkompla fl-laqgħa oħra fejn ser ikunu mistiedna esperti u persuni oħra responsabbli mis-settur tal-komunikazzjoni, saħħa pubblika u MEPA sabiex flimkien mal-esperti li diġà għamlu l-preżentazzjoni tagħhom, ikunu jistgħu jirrispondu l-mistoqsijiet tal-Membri.

Il-laqgħa tmexxiet mill-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali l-Onor Edwin Vassallo u pparteċipaw fid-diskussjoni l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Joseph Falzon, l-Onor Michael Farrugia, l-Onor Michael Gonzi, l-Onor Peter Micallef u l-Onor Anthony Zammit.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow