Left arrow Mur Lura

MALTA TIPPARTEĊIPA’ FIL-LAQGĦA TAL-PAJJIŻI MEMBRI TAĊ-CIHEAM

PR0453
Date Icon 14/03/2010

It-tlettax il-pajjiż membru taċ-Ċentru Internazzjonali għal-iStudju Agronomiku Avvanzat tal-Mediterran, (CIHEAM) rappreżentati mill-Ministri tal-Agrikoltura rispettivi taghhom, ltaqgħu ġewwa Istanbul fit-Turkija fi tmiem il-ġimgħa, fuq stedina tal-Ministru tal-Agrikoltura u l-Affarijiet Rurali  Mehmet Mehdi Eker. Għal din il-laqgħa Malta kienet rapreżentata mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino.

Din il-laqgħa ddiskutiet il-miżuri u l-ħtieġa ta’ koperazzjoni reġjonali għall-adattazjoni tal-bdil fil-klima sabiex tassigura aktar sigurta’ fl-ikel u mmaniġġjar ta’ riżorsi naturali. Il-Ministri rrakomandaw li l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġja attivitajiet għal għarfien u kapaċita’ biex jiġi indirizzat l-immaniġġjar sostenibbli tal-ekosistemi u l-biodiversita Mediterranja tal-art u tal-baħar. Dan iwassal sabiex tiżvilluppa aktar koperazzjoni reġjonali fir-rigward ta-settur agrikolu u tal-ikel.

Il-Ministri rrakomandaw ukoll illi ċ-CIHEAM għandha tgħin lill-pajjiżi mediterranji permezz tal-attivitajiet edukattivi u koperattivi biex dawn jiżvilluppaw kapaċita’ istituzjonali, biex ikattru riċerka xjentifika komuni sabiex jiżviluppaw programmi li jgħinu lill-pajjiżi jilqgħu għal-isfidi li qed iġġib magħha t-tibdil fil-klima.

Intant il-Ministru Pullicino ħabbar li l-laqgħa ta´ sentejn oħra ta’ din l-organizzazjoni se ssir f´Malta bit-tema kif issuġġerita’ mill-Ministru Pullicino stess tkun; Marka komuni ghal prodotti tal-Ikel tal-Meditterran.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow