Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. PRIM MINISTRU LAWRENCE GONZI WAQT IL-KONVENZJONI TAL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA, IL-ĦADD 14 TA’ MARZU 2010

PR0450
Date Icon 14/03/2010

Qabel xejn, nixtieq nagħtikom merħba – merħba f’pajjiżkom.  Hija tislima li nwasslilkom bħala Prim Ministru ta’ pajjiżna, kburi b’dak li intkom irnexxielkom takkwistaw tul ħajjitkom; kburi bir-reputazzjoni tajba li rnexxielkom tiġbru madwarkom; kburi bis-suċċessi tagħkom; imma speċjalment kburi bil-fatt li anke jekk uħud minnkom ilkom snin twal tgħixu ‘l bogħod minn art twelidkom, bqajtu żżommu u tgħożżu dak li writtu mingħand missirijietna.

Huwa proprju għalhekk li nħossni privileġġjat dalgħodu li ninsab hawn flimkien magħkom, biex naqsmu bejnietna l-ħsibijiet tagħna dwar pajjiżna, dwar l-identità tagħna, dwar il-wirt kulturali u storiku tal-poplu tagħna u dwar kif dan hu minsuġ fis-sinsla nazzjonali – fl-identità nazzjonali li hi tagħna lkoll anke jekk uħud minna jgħixu eluf ta’ kilometri bogħod minn xtutna.

Għalhekk inġbarna hawn biex flimkien naraw kif nistgħu nsaħħu dak li hu tagħna u kif nistgħu ngħaddu dan kollu lil uliedna.

Din il-Konvenzjoni tal-Maltin imxerrdin mad-dinja hi sejħa li l-Istat Malti qiegħed jagħmel uffiċjalment lill-Maltin kollha li, jinsabu fejn jinsabu, baqgħu jħossu s-sens qawwi li jagħmilhom dejjem Maltin, ulied din l-art ħelwa, ċkejkna fid-daqs imma kbira fl-ideali, fl-aspirazzjonijiet u fil-kisbiet ta’ niesha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow