Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

PR0440
Date Icon 12/03/2010

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jirreferi għar-rapport li deher fil-faċċata tal-ġurnal l-Orizzont tal-lum dwar differimenti fil-Qorti tal-Maġistrati.

Filwaqt li jiċħad li rċieva xi komunikazzjoni għar-rigward ta’ ħsara li żviluppat fl-apparat ta’ registrazzjoni f'Awla 6 fil-Qrati tal-Gustizzja fil-Belt Valletta, il-Ministeru jinsab infurmat li ma kien hemm ebda differimenti ta’ kawżi minħabba l-ħsara msemmija, anzi jidher mill-istatistika li baqgħet għaddejja bix-xogħol tagħha. L-aħħar statistika turi li fil-Bordijiet preseduti mill-Maġistrat li jippresiedi l-Awla, fl-ewwel xahrejn tas-sena ġew deċizi tnejn u erbgħin kawża u li rċieva sebgħa u tletin kawża ġdida.

Żgur mhux forsi, li l-apparat ma kienx ilu x-xhur bil-ħsara, anzi jirriżulta li l-Amministrazzjoni tal-Qorti ġiet infurmata bil-ħsara f’dan l-apparat nhar il-Ħamis 4 ta’ Marzu 2010 u għall-kuntrarju ta’ dak li jagħti x’jifhem l-artikolu msemmi, ma kien hemm ebda komunikazzjoni dwar din is-sitwazzjoni qabel din id-data. Mhux biss, iżda jirriżulta wkoll li l-Amministrazzjoni tal-Qrati mill-ewwel ħadet azzjoni biex isiru t-tiswijiet meħtieġa lis-sistema ta’ reġistrazzjoni. It-tiswijiet li kienu jinvolvu l-istallazzjoni ta’ xi apparat ġdid, tlestew il-bieraħ 11 ta’ Marzu 2010.

Il-Ministeru jfakkar li tul l-aħħar sena, l-Amministrazzjoni tal-Qorti investiet bis-sħiħ fit-titjib tal-Awli kollha li hemm fil-Qrati tal-Ġustizzja fil-Belt Valletta, u dawn llum għandhom dehera xierqa bil-faċilitajiet u l-kumditàjiet kollha denji għal post pubbliku li jaqdi funzjoni daqshekk importanti f’pajjiżna. Dan l-investiment kien jinkludi wkoll xogħol ta’ titjib fis-sistemi awdjofoniċi ta’ tmien awli, jiġifieri l-Awli 1, 9, 10, 15, 19, 20, 21, u 22.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow