Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI JINDIRIZZA KONFERENZA INTERNAZZJONALI DWAR IL-FAMILJA

PR0439
Date Icon 12/03/2010

“Il-Familja jeħtieġ li nsostnuha mhux biss permezz ta’ miżuri Family Friendly, iżda wkoll billi nqegħduha fiċ-ċentru tal-politika kollha tal-Gvern.” Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza s-57 Konferenza Internazzjonali tal-Kummissjoni Internazzjonali għar-Relazzjonijiet bejn Koppji u Familji (ICCFR) organizzata mill-Moviment ta’ Kana.

Clyde Puli qal li l-familja llum qed tintlaqat minn bosta aspetti fosthom bidliet demografiċi, tibdil fix-xogħol, żviluppi ekonomiċi u bosta fatturi oħra. Hu sostna li kemm l-iStat kif ukoll is-soċjetà ċivili trid tifhem dan it-tibdil u trid tara kif il-familja titpoġġa fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni. Hu qal li l-familja għandha bżonn għajnuna kemm fit-tħejjija, waqt, kif ukoll f’każijiet ta’ diffikultà li kull familja tista’ taffaċċja.

Hu sostna li l-Gvern jemmem li r-realtajiet tal-lum iridu jiġu ndirizzati, iżda minkejja dawn ir-realtajiet għandu jkun hemm sforz qawwi biex inħarsu l-familja u fl-istess ħin jinħolqulha l-opportunitajiet meħtieġa biex ikomplu jkunu mħarsa u żviluppati l-interessi tal-familji Maltin.

Clyde Puli sostna wkoll li l-familji jenħtieġu ħin ta’ kwalità li jwassal sabiex tissaħħaħ r-relazzjoni fil-waqt li din l-istituzzjoni hi l-kura għall-istress li qed toffri l-ħajja mgħaġġla tal-lum.

Is-Segretarju Parlamentari fisser li l-Gvern fl-aħħar snin ħa numru ta’ inizjattivi sabiex jgħin u jippromwovi familji sostenibbli. Dan għaliex familji b’saħħithom ifissru stabilità li twassal għal serħan il-moħħ. Dawn il-fatturi b’mod awtomatiku ikunu jfissru prosperità ekonomika għall-pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow