Left arrow Mur Lura

JUM IL-COMMONWEALTH 2010 JIĠI ĊĊELEBRAT F’LONDRA

PR0410
Date Icon 09/03/2010

Jum il-Commonwealth ġie ċċelebrat il-bieraħ, 8 ta’ Marzu, billi saret ‘Observance’ f’Westminster Abbey, Londra. Dan l-avveniment jiġi organizzat mir-Royal Commonwealth Society f’isem il-Council of Commonwealth Societies. Bħal kull sena, attendiet il-M.T. r-Reġina Eliżabetta II flimkien mad-Duka ta’ Edinburgh. Din is-sena ngħaqdu magħhom l-A.R.T. il-Prinċep ta’ Wales u d-Dukessa ta’ Cornwall.

Il-Kummissarju Għoli ta’ Malta fir-Renju Unit u s-Sinjura Zammit Tabona irrappreżentaw lill-Gvern u l-poplu Malti waqt din l-Observance.

It-tema tal-Commonwealth għas-sena 2010, kif ukoll taċ-ċerimonja huwa ‘Ix-Xjenza, it-Teknoloġija u s-Soċjeta’. B’rikonoxximent għar-rwol li kellu f’kisbiet xjentifiċi li mexxew il-quddiem soċjetajiet sħah madwar id-dinja, ir-Reġina poġġiet girlanda fuq il-qabar ta’ Sir Isaac Newton.

Attendew diversi mexxejja mill-Commonwealth, fosthom ic-Chairperson-in-Office kurrenti, il-Prim Minister Patrick Manning ta’ Trinidad u Tobago, kif ukoll il-President tal-pajjiż li daħal fi ħdan il-Commonwealth l-aktar riċenti, Paul Kagame tar-Rwanda. Kummissarji Għolja mill-pajjiżi kollha tal-Commonwealth, mistednin oħra distinti, kif ukoll madwar 1,000 tfal tal-iskola, kienu fost il-kongregazzjoni.

Waqt programm mużikali mtella’ minn artisti minn madwar id-dinja, iddebuttaw il-Commonwealth Choir, li ghadhom kif ġew iffurmati speċifikament minn koristi mill-pajjiżi tal-Commonwealth.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow