Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, IX-XOGĦOL U L-FAMILJA

PR0398
Date Icon 05/03/2010

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi se jagħmel ħiltu kollha biex tifel ta’ disa’ snin li aktar kmieni din il-ġimgħa hedded lill-għalliema tiegħu fl-iskola primarja ta’ San Ġwann, jingħata l-kura u s-servizz li hemm bżonn għall-benefiċċju tiegħu fl-istess ħin li jkun assigurat li ma jkunx ta’ periklu la għal sħabu studenti u lanqas għall-għalliema.

Nhar l-Erbgħa dan it-tifel, li għandu diffikultajiet ta’ mġieba, tant li għandu tgħinu Learning Support Assistant, qabad “taglia carte” u xejjirha lejn l-għalliema u heddida verbalment. Ftit wara l-istess tifel qabad imqass (mhux bil-ponta) u għamel l-istess. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u t-tifel deher disturbat ħafna. L-għalliema baqgħet kalma u kkontrollat is-sitwazzjoni b’mod professjonali u s-sitwazzjoni kkalmat.

Il-ġenituri tat-tifel issejjħu l-iskola u t-tifel kien sospiż immedjatament. Madankollu d-Direttorat se jibqa’ jsegwi lil dan it-tifel, kif ilu jsegwih għal xi żmien u jagħtih l-għajnuna kollha li jkun hemm bżonn. Qed issir ħidma mal-familja tat-tifel biex dan ikun megħjun b’kull mod possibbli.

L-għada ta’ dan l-inċident, l-istess tifel daħal waħdu fil-grounds tal-iskola u kif kien innotat fl-iskola, it-tmexxija tal-iskola ikkonvinċietu biex joħroġ bil-kwiet.

Id-Direttorat tal-Edukazzjoni u l-amministraturi tal-iskola huma impenjati biex jassiguraw li l-ambjent tal-iskola jkun wieħed kalm u bla problemi. Fl-istess ħin id-Direttorat u l-Kulleġġ Santa Klara li minnu tifforma parti l-iskola ta’ San Ġwann jixtiequ juru l-apprezzament u ir-ringrazzjament tagħhom lill-għalliema u l-Learning Support Assistant ta’ dan it-tifel kif ukoll it-tmexxija tal-iskola għal mod professjonali li bih ħadmu f’din l-okkażjoni diffiċli.

Min-naħa l-oħra wieħed għandu jinnota li dan kien inċident iżolat. Ta’ kuljum, eluf ta’ studenti jattendu l-iskejjel tagħna bl-ebda diffikultà jew periklu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow