Left arrow Go Back

IPPREŻENTAT L-ABBOZZ TAD-DOKUMENT TAL-MASTERPLAN TAĊ-ĊITTADELLA

PR0396
Date Icon 05/03/2010

Waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni ma’ stakeholders, rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet u persuni li għandhom interess fiċ-Ċittadella, ġie ppreżentat l-ewwel abbozz tad-dokument tal-Masterplan taċ-Ċittadella. Din il-preżentazzjoni saret wara sena sħiħa ta’ studju u analiżi minn numru ta’ esperti f’diversi oqsma li ħadmu fuq il-linji li ngħataw fit-tender, kif ukoll fuq il-linji li ħarġu waqt laqgħat ta’ konsultazzjoni kemm fuq livell kollettiv kif ukoll fuq livell individwali.

Waqt din il-laqgħa, l-istakeholders preżenti ngħataw dettalji dwar l-azzjonijiet li qed jipproponi l-masterplan, biex finalment, fi żmien ftit ġimgħat oħra, jiġi konkluż ix-xogħol fuq dan il-proġett u jiġi ppreżentat ir-rapport finali.

Il-proġett tal-Masterplan ġie ko-finanzjat mill-Mekkaniżmi Finanzjarji taż-Żona Ekonomika Ewropea bil-pajjiżi tan-Norveġja, l-Islanda u Liechtenstein (EEA Financial Mechanisms) jikkontribwixxu għall-finanzjament tiegħu. Dan kien possibbli b’riżultat tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

Fi tmiem il-laqgħa, wara li saru diversi interventi minn dawk preżenti, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono saħqet li l-proposti li ġew ippreżentati llum, huma proposti li meta jiġu mwettqa, jagħtu dehra u ħajja ġdida liċ-Cittadella. Hija żiedet tgħid li meta jkun finalizzat dan il-pjan fi żmien ftit ġimgħat oħra, il-Ministeru għal Għawdex ser ikollu f’idejh pjan ħolistiku li jindirizza l-ħtiġijiet, il-problemi kif ukoll il-potenzjal ta’ dan is-sit storiku mill-aktar importanti f’Għawdex u jkun għodda f’idejn il-Ministeru għal Għawdex biex jattira aktar fondi għall-implimentazzjoni tiegħu. Għalkemm f’dan l-istadju l-pjan qed jagħmel numru ta’ proposti, dawn iridu jiġu studjati bir-reqqa meta jkunu ser jiġu mwettqa.

Il-Ministru Giovanna Debono irreferiet ukoll għal proġett li hu ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali li permezz tiegħu ser jiġu konsolidati u restawrati s-swar taċ-Ċittadella b’finanzjament ta’ madwar €7 miljun.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow