AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-KUMITATI AMMINISTRATTIVI GĦALL-KOMUNITAJIET - IS-SIBT, 27 TA’ MARZU 2010
Avviżi lill-Votanti
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li qed tibgħat permezz ta’ posta ordinarja Avviz lill-Votant lil kull persuna rreġistrata fl-aħħar reġistru elettorali ppubblikat (Ottubru, 2009) fil-komunitajiet ta’ Bubaqra (Iż-Żurrieq), Fleur-De-Lys (Birkirkara), Kappara (San Ġwann), Madliena (Is-Swieqi), Paceville (San Ġiljan), Xlendi (Il-Munxar) u Marsalforn (Iż-Żebbuġ).
L-Avviż lill-Votant fih l-informazzjoni dwar il-post u l-kamra tal-votazzjoni, u d-data u l-ħin meta l-votant jista’ jmur jivvota. Għalkemm biex jivvota jista’ ma jippreżentax dan l-Avviż, kull votant irid jippreżenta l-Karta tal-Identita’ tiegħu lill-Assistenti Kummissjonarji u jiffirma fuq il-lista tal-votanti biex jingħata polza tal-vot u jkun jista’ jivvota.
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar li l-jum tal-votazzjoni fl-imsemmija komunitajiet hu s-Sibt, 27 ta’ Marzu, 2010, u l-ħin tal-votazzjoni jkun bejn it-8.00 a.m. u t-3.00 p.m.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990