KORS DWAR ID-DIMENSJA
Illum beda kors ġdid dwar id-dimensja li qed jiġi organizzat mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. Għal dan il-kors qegħdin jieħdu sehem 113-il care worker mid-diversi djar tal-anzjani tal-Gvern li jinsabu f’Malta.
Il-care workers qed jingħataw l-opportunita` li jsegwu dan il-kors sabiex jiżviluppaw aħjar il-ħiliet tagħhom. Bis-saħħa ta’ dan il-kors, il-care workers se jingħataw tagħrif skond l-aħħar riċerka fil-qasam tad-dimensja, biex b’hekk ikunu jistgħu jtejbu l-mod ta’ kif jieħdu ħsieb persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`, l-Onor. Mario Galea qal li nħass il-bżonn li jiġi organizzat dan il-kors minħabba li n-numru ta’ anzjani li qed ibatu mill-kundizzjoni tad-dimensja qiegħed dejjem jiżdied.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990