Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET, JASON AZZOPARDI, JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTEŻIJA MIS-CEO TAL-KAMRA TAL-KUMMERĊ TA’ HONG KONG, IS-SUR ALEX FONG

PR0390
Date Icon 04/03/2010

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, Jason Azzopardi, illum irċieva żjara ta’ korteżija mis-CEO tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Hong Kong, is-Sur Alex Fong.  Din iż-żjara issegwi laqgħat li Jason Azzopardi kellu ma’ uffiċjali għolja f’Hong Kong f’Jannar li għadda, fosthom Fong, dwar il-possibbilita` ta’ tkabbir tal-kummerċ, u tisħiħ tal-kuntatti bejn il-Kmamar tal-Kummerċ taż-żewġ naħat.  

Is-Segretarju Parlamentari qal li tajjeb li jissaħħu relazzjonijiet bejn Malta u Hong Kong anke permezz ta’ ftehim ta’ ħelsien mit-tassazzjoni doppja għax dan jiġbed l-investiment u b’hekk ikattar ix-xogħol.  Fil-fatt fil-laqgħat li kellu Jason Azzopardi f’Hong Kong f’Jannar li għadda, intlaħaq ftehim sabiex iżjed tard din is-sena jibdew negozjati fuq livell tekniku biex iwasslu li Malta jkollha ftehim dwar tassazzjoni doppja ma’ Hong Kong. 

Is-Segretarju Parlamentari tenna li l-Gvern huwa mpenjat li jkompli joħloq klima stabbli u favorevoli biex in-negozjant Malti jkun jista’ jimraħ.

Ftehim dwar tassazzjoni doppja bejn Malta u Hong Kong, speċjalment meta wieħed iqis li dan ser ikun uniku fir-reġjun Mediterranju, jissarraf f’ġid għall-ekonomija bħala inċentiv b’saħħtu għall-investiment.  Malta b’hekk issir il-bieb konvenjenti u ovvju fin-nofsinhar tal-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq, għal Hong Kong.

Fid-dinja tal-lum Hong Kong huwa wieħed mill-iprem ċentri finanzjarji fid-dinja, bl-aqwa ismijiet tad-dinja finanzjarja u b’rata ta’ tkabbir ekonomiku f’ċertu oqsma tal-ekonomija ’l fuq minn 8% fis-sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow