Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’, FL-OKKAŻJONI TAL-‘EUROPEAN QUITTER AWARD FOR 2009’ – VALLETTA – 4 MARZU 2010

PR0388
Date Icon 04/03/2010

Huwa tassew unur għalija li qiegħed magħkom biex naqsmu flimkien din l-esperjenza fejn il-kandidat nominat minn Malta, Daniel Magrin, kien dikjarat ir-rebbieħ tal-konkors ‘European Quitter for 2009’.  

Mill-istorja ta’ Daniel nindunaw li hu ma kienx biss suċċess għalih innifsu, imma kien ukoll ta’ eżempju għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom u jirrispettaw lil uliedhom u lil dawk ta’ madwarhom.  Il-ħarsien tat-tfal mit-tipjip indirett hi ħaga ta’ mportanza kbira għas-saħħa tagħhom.  Lil dawk li jpejpu ngħidilhom li huwa diġa` ħażin li ma naħsbux dwar saħħitna, aħseb u ara li ma nagħtux każ is-saħħa ta’ uliedna u dawk li jgħixu madwarna.

Kif jgħid il-Malti ‘L-eżempju jkaxkar’. Daniel iddeċieda bis-serjeta u waqaf. Mhux faċli li tieqaf mit-tipjip, trid tirsisti u tippersevera biex taqta’ l-vizzju. J’Alla ħafna oħrajn jimxu mal-eżempju tiegħu fejn ikunu kapaċi jipproteġu s-saħħa ta’ dawk ta’ madwarhom.  

Irridu niftakru li l-bżonn li jkun hemm ambjent ħieles mit-tipjip huwa dritt fundamentali tal-bniedem. Dan minħabba l-fatt li hemm evidenza li turi li t-tipjip imsejjaħ passiv ipoġġi fil-periklu wkoll lil dawk li ma jpejpux.  Dawk l-individwi li jagħżlu li ma jpejpux għandhom id-dritt li jkollhom ambjent nadif.  

Minn studji lokali huwa ndikat li madwar wieħed minn kull erba’ persuni jpejpu.  Jekk tapplika din iċ-ċifra,  300,000 persuna Maltija tista’ tkun qiegħda ssofri l-konsegwenzi ta’ tipjip indirett.

Fl-aħħar ma nistax ma nsemmix li hija wkoll responsabilita ta’ kull wieħed u waħda minna li nieħdu ħsieb saħħitna u nipproteġu l-ġenerazzjoni ta’ llum u ta’ għada.  Li tieqaf tpejjep żgur li hi l-aktar ħaga tajba li wieħed jista’ jagħmel biex itejjeb saħħtu, il-ħajja u jgħix aktar.

Din iċ-ċelebrazjoni hija opportunita fejn persuni oħra li jpejpu, jeżaminaw il-vizzju tagħhom tat-tipjip u kif dan jeffettwa ħajjithom u l-mod ta’ għixien. Daniel huwa eżempju ħaj ta’ impenn sħiħ u serju għal dawk kollha li jpejjpu.

Nifraħ lill-familja ta’ Daniel kif ukoll lill-post tax-xogħol fejn jaħdem, il-Bank of Valletta, għas-supportkbir li tawh biex l-istorja tiegħu tkun ta’ suċċess.

Huwa unur tiegħi li nippreżenta dan it-trofew lil Daniel għas-suċċess personali tiegħu u l-unur li ġab lil Malta.  Prosit Daniel.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow