Left arrow Mur Lura

IR-RAPPREŻENTANT TA’ MALTA JINGĦATA L-UNUR TA’ ‘EUROPEAN QUITTER OF THE YEAR’ U PREMJU TA’ €5,000 F’VOUCHERS LI JISSARRFU FI VJAĠĠI

PR0387
Date Icon 04/03/2010

Daniel Magrin minn Swatar, Malta, għeleb l-isfida ta’ mijiet ta’ ex-smokers mill-Ewropa u ingħata l-unur ta’ ‘European Smokefree Quitter of the Year’. Huwa kien ipprezentat b’vouchers ta’ €5,000 li jissarrfu fi vjaggi, ċertifikat u trofew  f’ċerimonja ta’ preżentazzjoni li saret f’Barcelona, Spanja nhar it-2 ta’Marzu 2010.

Daniel li huwa missier ta’ żewġt ibniet, għeleb 12-il finalista minn pajjiżi oħra tal-Ewropa fosthom Spanja, Repubblika Ċeka, l-Italja u r-Renju Unit. Huwa kien beda jpejjep b’mod regolari sa minn meta kellu 15-il sena u fi ftit zmien tela’ għal 25 sigarett kuljum. Huwa kien akkanit b’mod partikolari għall-futbol, basketball u l-għawm imma dan kollu spiċċa meta kellu 18-il sena u post dawn ħaduhom il-birra, s-sigaretti u xi logħob ieħor ta’ ġewwa. 

Daniel saħansitra jistqarr li kien hemm żmien li kien iqum f’nofs ta’ lejl u jpejjep sigarett jew tnejn qabel jerġa’ jmur jorqod u saħansitra qal li jekk ma kienx ikollu sigaretti kien joħrog barra jfittex minn fejn iġib is-sigaretti. La x-xemx u lanqas ix-xita ma kienet iżżommu għax kien joħroġ, basta jpejjep. ‘Veru kont sirt skjav tas-sigaretti’.

Huwa kien ipprova jieqaf xi drabi oħra, imma kien f’Ġunju ta’ 2009 meta verament irnexxielu. Kien imħasseb dwar saħħtu minħabba uġiegħat fir-ras u qtugħ ta’  nifs u dan wasslu biex jirraġuna u qal bejnu u bejn ruħu ‘Jiena żgur ser ikolli problemi ta’ saħħa fi żmien 10 -20 sena oħra u dawn inkun  ġibthom b’idejja’.

Daniel wkoll ried ikun ta’ ezempju ħaj għal uliedu bniet li għadhom żgħar u qal ‘Wasal iż-żmien li nieħu deċizjoni  bis-serjeta`!’. 

Biex jasal biex jagħmel il-kuraġġ lilu nnifsu biex jieqaf, huwa għen biex jitnieda program li jwassal biex wieħed jaqta t-tipjip, fuq il-post tax-xogħol stess. Kien mgħejjun mis-serviżż tal ‘Quitline’ tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa.

Konsegwentement dan ħajjar kollegi oħrajn tiegħu biex anki huma jieqfu. Il-fatt li huwa stess kien fattur biex sħabu jippruvaw jieqfu, serva biex għen lilu b’mod speċjali fl-ewwel ġimgħat. ‘Dawn il-klassijiet li saru fuq il-post tax-xoghol kienu strumentali u għenuni biex nieqaf’.

Huwa qal li ‘Nemmen li l-inizjattiva li ħadt fuq il-post tax-xogħol għandha tkun imitata u kull min jirnexxielu jieqaf għandu jaqsam dawk l-esperjenzi tiegħu ma’ oħrajn li għadhom maħkuma mill-vizzju u jgħinhom biex jieqfu huma wkoll’. 

Daniel issa ilu li waqaf ipejjep għal dawn l-aħħar 8 xhur u huwa stess jinnota titjib fir-riħa tal-ħalq, fit-togħma tal-ikel u f’saħħtu b’mod ġenerali.  Jghid ‘Ergajt bdejt nimxi u anki niġġogja. M’għadnix nisgħol kull filgħodu u l-inkwiet minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħti naqsu sew. Inħossni tajjeb ħafna kif ukoll kburi  meta ngħid li jien m’għadnix inpejjep’

Żewġ Konkorrenti kienu klassifikat it-tieni post.

Waħda kienet ir-rapprezentant tal-Olanda  u oħra ir-rapprezentant tar-Renju Unit. 

Cynthia Daals mill-Olanda rebħet €1,000 f’vouchers li jissarfu fi vjaġġi. Cynthia tistqarr li ħajjitha kienet iddominata mit-tipjip  u l-iktar meta missierha ġie nieqes kawża ta’ kanċer fil-pulmun. Hija xtaqet tgħix ħajja twila u tkun b’saħħitha għal uliedha u l-familja tagħha u għalhekk ħadet deċiżjoni li tieqaf. Hija kienet ukoll mgħejjuna mill-Helpline tal-Olanda.

Barbara Cowell minn Manchester ukoll ingħatat vouchers ta’ €1,000  Barbara waqfet wara li kien magħruf li kienet f’riskju ta’ mard serju ħafna. Waqt viżta ta’ rutina għand id-dentist, dan innota tbajja bojod taħt l-ilsien li nstab li kienu indikazzjoni ta’ kanċer tal-ħalq fi stadju tal-bidu. Barbara ddeċidiet li tieqaf immedjatament u għad li dan ma kienx faċli, hija biddlet l-istil ta’ ħajjitha għall-aħjar taghha. Hija issa ddikjarat li m’għadhiex fil-periklu. 

Pajjiżi li pparteċipaw.

Il-pajjiżi li ħadu sehem fil-European Smokefree Awards 2009 kienu il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, l-Islanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugal, Spanja u r-Renju Unit. 

Ir-rebbieħa ntgħazlu minn panel indipendenti  magħmul minn dawn in-nies: Direttur tal-programm minn California Smokers Helpline – Christopher Anderson, Beate Simonsen mill-programm mid-Danimarka Danish Quitline STOP- Linien Gay Sutherland  u Psikologu  li huwa nvolut fi program ta’ riċerka fit-Tobacco Research Unit, f’King’s College, Londra. 

Il-European Smokefree Awards 2009 huwa mmexxi minn pajjiżi li jagħmlu parti mill-European Network of Quitlines (ENQ) li twaqqaf fis-sena 2000 biex ikabbar il-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi li joffru dan is-servizz u jinċentiva pajjiżi oħra biex jibdew huma wkoll jagħtu dan is-servizz liċ-ċittadini tagħhom. 

Dan il-konkors huwa mghejjun minn Pfizer  li tagħti għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jingħataw il-premjijiet.  

Il-European Network of Quitlines kienet responsabbli u għandha kontroll fuq il-proċess kollu tal-għazla tal-finalisti u finalment tar-rebbieħa.


Min kien iċempel għal għajnuna fuq il-‘Quitline’ u fl-istess ħin jaqta’ l-vizzju tat-tipjip kellu sal-aħħar tas-sena 2009 biex japplika. Id-Dipartiment għall-promozzjoni tas-Saħħa permezz tal-Quitline flimkien mal-European Network of Quitlines, stieden lil dawk li kienu waqfu milli jpejjpu biex jieħdu sehem fil-European Smoke Free Awards bi premju ta’ €5,000 f’biljetti ta’ vjaġġar bħala l-ewwel premju.

Il-parteċipant li wasal għall-finali minn Malta kien mistieden f’Barcelona fi tmiem il-ġimgħa biex ikun preżenti fiċ-ċerimonja tal-Premjazzjoni u fejn huwa kien qiegħed jikkonkorri ma’ konkorrenti oħra mill-Ewropa kollha għat-titlu ta’ European Quitter of the Year 2009. Il-konkorrenti li jikklassifikaw it-tieni u t-tielet, jingħataw premju ta’  €1,000 kull wieħed f’biljetti ta’l-ivvjaġġar.

Dawk li xtaqu jipparteċipaw kien irid ikun ilhom ma jpejjpu almenu sitt xhur mid-data tal-egħluq,  jiġifieri l-aħħar tas-sena 2009 meta għalqu l-applikazjoniet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow