Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA: INIZJATTIVI KONTRA T-TABAKK

PR0386
Date Icon 04/03/2010

L-inizjattivi kontra t-tabakk għall-pubbliku Malti u Għawdxi min-naħa tal-Unit tal-Promozzjoni tas-Saħħa fi ħdan id-dipartiment  ma jonqsu qatt.

Fuq livell tal-Unjoni Ewropea u Internazzjonali, id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa qed jipparteċipa fil-kampanja ‘European Smoke Free Award 2009’ u huwa nvolut ħafna fil-‘HELP for a life without Tobacco.’ L-għan hu li titqajjem kuxjenza u għarfien dwar il-problema tat-tipjip kif ukoll biex inħajru lil kull min ipejjep biex iwaqqaf dan il-vizzju.

Fil-31 ta’ Mejju 2009 tfakkar il-‘Jum Dinji Bla Tabakk’ fejn it-tema kienet tinvolvi l-istampi fuq il-pakketti tas-sigaretti. Għal dan il-għan tnegħdiet kampanja għal aktar għarfien dwar il-ħsara mit-tabakk. Twaqqfet ukoll esebizzjoni u kwestjonarju dwar l-istampi li se jibdew  jidhru fuq il-pakketti tas-sigaretti bil-għan li jitnaqqas it-tipjip.

Fl-isptar Mater Dei l-ħaddiema qed jingħataw għajnuna diretta biex inaqqsu t-tipjip.

Fuq livell ġenerali ġew ippubblikati kotba, fuljetti u posters li jinkorporaw informazzjoni fuq:

·        l-ewwel erba’ passi biex taqta’ t-tipjip,

·        kif tieħu saħħtek  lura billi tieqaf tpejjep,

·        x’għandek tagħmel biex tieqaf tpejjep u

·        it-tqala u t-tipjip.

Fl-istess  ħin, id-dipartiment ser ikompli bil-ħidma tiegħu fejn jipproteġi s-saħħa ta’ dawk li ma jpejpux u jinkoraġġixxi waqfien mit-tipjip fost il-popolazzjoni kollha permezz ta’ diversi attivitajiet.

Dawn isiru f’diversi postijiet, waqt avvenimenti li jseħħu fuq livell nazzjonali matul is-sena kollha. B’mod generali f’dawn l-attivitajiet tingħata edukazzjoni, jingħataw pariri, issir promozzjoni għal ħajja bla tabakk, isiru testijiet tal-Carbon Monoxide, jiġi nmkoraġġit waqfien  u sapport lill-pubbliku; barra minn hekk, insibu s-servizzi  tal-Quitline, one to onecounselling, u l-klassijiet għall-waqfien mit-tipjip. Preżentament dawn il-klassijiet jinsabu weqfin, imma huwa ttamat li s-sitwazzjoni ma ddumx ma tinbidel minħabba li d-domanda għalihom ma tonqos qatt. 

Id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa flimkien mad-Diviżjoni Regolamentazzjoni tas-Saħħa  ħejjiet u ġew ippubblikati regolamenti  li jemendaw ir-Regolamenti għat-Tipjip f’Postijiet Pubbliċi, kif ukoll iddaħħlu regolamenti dwar avviżi ġodda (forma ta’ stampa) dwar il-ħsara tat-tipjip li jidhru fuq il-prodotti tat-tabakk.  Dawn l-avviżi ġodda għandhom jidħlu fis-seħħ minn April tal-2011.  Saru regolamenti wkoll biex jigi kkontrollat l-użu ta’ apparat ieħor li jissostitwixxi t-tabakk konvenzjonali. 

Il-Ministeru tas-Saħħa inkariga lil ‘Smoking and Health Committee’ sabiex  ikunu responsabbli minn inizjattiva fejn fil-futur, l-isptar Mater Dei  isir ‘Smoke Free’. Din l-inizjattiva ser isseħħ bil-għan li nkomplu nipproteġu s-saħħa tal-poplu Malti u Ghawdxi kif ukoll biex l-isptar nazzjonali ta’ pajjiżna jkun eżempju ħaj fejn tidħol is-saħħa tal-bniedem.  

Prezentament, marbuta ma’ din l-inizjattiva u mmirata b’mod speċjali lejn dawk il-ħaddiema li  jaħdmu fl-isptar, qed isir programm ta’ taħrig lil uħud mill-impjegati fl-isptar sabiex ikunu jistgħu jgħinu lil dawk il-ħaddiema li jpejjpu biex min minnhom jixtieq l-għajnuna biex jieqaf mit-tipjip, isibha.

Flimkien ma’ din l-inizjattiva, il-Health Promotion Unit b’kollaborazzjoni mal-management tal-isptar, tella’ esebizzjoni dwar avviżi ta’ twissija kontra t-tipjip. Din l-esebizzjoni kellha magħha messaġġi biex iħajru nies jieqfu mit-tipjip. F’dan ir-rigward id-Dipartiment tal-Promozjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qiegħed ukoll ikollu messaġġi edukattivi u jipparteċipa f’diversi programmi fuq il-mezzi tax-xandir biex iħajjar lil dawk li jpejjpu biex jieqfu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow