SEMINAR KUMMERĊJALI FI TREVISO
L-Ambaxxata ta’ Malta fl-Italja pparteċipat f’seminar kummerċjali, li ġie organizzat flimkien mal-Malta Enterprise u l-Studio Lorenzo u Treviso Glocal, it-tnejn bażati fi Treviso. Is-Seminar sar fis-26 ta’ Frar fi Treviso.
Aktar minn sebgħin intraprendituri Taljani attendew għal das-Seminar bit-tema MALTA: Risposta Konkreta għall-Bżonnijiet Kummerċjali, Finanzjarji u Fiskali. Il-kelliema li ndirizzaw is-Seminar saħqu fuq l-opportunitajiet u inċentivi li toffri Malta lill-investituri prospettivi interessati fis-setturi ekonomiċi differenti.
Fid-diskors tiegħu s-Sur Walter Balzan, Ambaxxatur ta’ Malta f’Ruma, enfasizza, fost oħrajn, l-istabbilità politika u industrijali f’Malta kif ukoll il-kapaċitajiet għolja tal-ħaddiema Maltin.
Is-Seminar kien indirizzat ukoll, fost oħrajn, mis-Sindku ta’ Treviso, rappreżentanti ta’ l-organizzaturi kif ukoll rappreżentanti tal-Malta Enterprise u tal-Bank of Valletta. Rappreżentant ta’ Azzurra Yachts Ltd., kumpannija Taljana li topera f’Malta ta informazzjoni rilevanti dwar l-esperjenza pożittiva tal-kumpanija f’Malta.
Fl-aħħar tas-Seminar intraprendituri Taljani kellhom laqgħat separati mar-rappreżentant tal-Malta Enterprise u ma’ konsulenti oħra finanzjarji li pparteċipaw fis-Seminar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990