AKTAR MINN 500 ŻAGĦŻUGĦ U ŻAGĦŻUGĦA SE JKUNU QED JAGĦTU SEHEMHOM FL-ATTIVITÀ TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ MAL-QT IL-PAPA FIL-VALLETTA WATERFRONT
PR0364
02/03/2010
Id-dettalji ta’ din l-attività ngħataw illum wara nofsinhar waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Valletta Waterfront. L-attività se tinkludi kunċert minn diversi bands lokali u l-opportunità li ż-żgħażagħ jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-QT il-Papa.
Waqt il-Konferenza tal-Aħbarijiet ġie ppreżentat ukoll id-disinn tal-palk prinċipali li se jilqa’ fuqu l-QT il-Papa Benedittu XVI. Dan ġie ddisinjat minn professjonisti żgħażagħ taħt id-direzzjoni tad-diżinjatur Carlo Schembri.
Preżenti għall-attività ta’ dalgħodu kien hemm ukoll Ivan Grech, kantant tal-grupp Winter Moods li ż-żgħażagħ stess urew ix-xewqa li jipparteċipa flimkien ma’ numru ta’ bands u kantanti oħra li se jkunu qed itellgħu dan il-Kunċert
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990