Left arrow Mur Lura

SERVIZZ ĠDID FIL-LIBRERIJI TAL-ISKEJJEL

PR0360
Date Icon 02/03/2010

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina nidiet servizz ġdid fil-librerija tal-iskola Sekondarja Ġħolja Giovanni Curmi, in-Naxxar li permezz tiegħu se jingħaqdu l-librerija kollha fl-iskejjel tal-Gvern. 

Ħames snin ilu kien inbeda proġett bi prova f’ħames skejjel biex ir-riżorsi kollha fil-libreriji jiddaħħlu f’database ċentrali.  Sistema ta’ mmaniġġjar ta’ libreriji magħrufa bħala “OLIVER” bdiet titħaddem mill-iSchools Library Service tad-Dipartiment ta’ Servizzi għall-Istudent.  Sal-lum din is-sistema nfirxet ma’ 17-il librerija. 

Skejjel tal-Gvern mil-livell primarju sal-iskola sekondarja għolja huma involuti f’dan il-proġett. Skejjel mhux tal-Gvern jistgħu jagħmlu parti minn dan il-proġett.  Fil-fatt għadu kemm tlesta x-xogħol fuq l-ewwel skola, St. Joseph, tal-Blata l-Bajda. 

Id-database (katalogu) ċentrali sal-lum fiha aktar minn 108,000 ktieb barra minn affarjiet oħra li llum jintużaw fil-libreriji tal-iskejjel. Dan il-katalogu jista’ jidħol fih kull min għandu aċċess għall-Internet. Kull ma wieħed irid jagħmel biex jaċċessa dan id-database hu li juża dan il-URL:  http://www.slsmalta.gov.mt/oliver

Din is-sistema tippermetti lill-membri registrati li mhux biss jaraw il-katalogu imma jsiru jafu jekk il-ktieb jew id-dokument li jridu jkunx qiegħed fuq l-ixkaffa jew misluf;  fi żmien qasir wieħed se jkun jista’ jirriżerva d-dokument li jrid.  Din hija għodda tajba ħafna li biha kull min għandu email jirċievi regolarment informazzjoni dwar kotba ġodda fuq is-suġġett jew awtur preferit. 

Is-sistema hi ‘user friendly’ għax magħmula għat-tfal.  Hemm ukoll katalogu speċjali għaż-żgħar bl-istampi, jismu OLLY.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow