SERVIZZ ĠDID FIL-LIBRERIJI TAL-ISKEJJEL
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina nidiet servizz ġdid fil-librerija tal-iskola Sekondarja Ġħolja Giovanni Curmi, in-Naxxar li permezz tiegħu se jingħaqdu l-librerija kollha fl-iskejjel tal-Gvern.
Ħames snin ilu kien inbeda proġett bi prova f’ħames skejjel biex ir-riżorsi kollha fil-libreriji jiddaħħlu f’database ċentrali. Sistema ta’ mmaniġġjar ta’ libreriji magħrufa bħala “OLIVER” bdiet titħaddem mill-iSchools Library Service tad-Dipartiment ta’ Servizzi għall-Istudent. Sal-lum din is-sistema nfirxet ma’ 17-il librerija.
Skejjel tal-Gvern mil-livell primarju sal-iskola sekondarja għolja huma involuti f’dan il-proġett. Skejjel mhux tal-Gvern jistgħu jagħmlu parti minn dan il-proġett. Fil-fatt għadu kemm tlesta x-xogħol fuq l-ewwel skola, St. Joseph, tal-Blata l-Bajda.
Id-database (katalogu) ċentrali sal-lum fiha aktar minn 108,000 ktieb barra minn affarjiet oħra li llum jintużaw fil-libreriji tal-iskejjel. Dan il-katalogu jista’ jidħol fih kull min għandu aċċess għall-Internet. Kull ma wieħed irid jagħmel biex jaċċessa dan id-database hu li juża dan il-URL: http://www.slsmalta.gov.mt/oliver
Din is-sistema tippermetti lill-membri registrati li mhux biss jaraw il-katalogu imma jsiru jafu jekk il-ktieb jew id-dokument li jridu jkunx qiegħed fuq l-ixkaffa jew misluf; fi żmien qasir wieħed se jkun jista’ jirriżerva d-dokument li jrid. Din hija għodda tajba ħafna li biha kull min għandu email jirċievi regolarment informazzjoni dwar kotba ġodda fuq is-suġġett jew awtur preferit.
Is-sistema hi ‘user friendly’ għax magħmula għat-tfal. Hemm ukoll katalogu speċjali għaż-żgħar bl-istampi, jismu OLLY.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990