Left arrow Go Back

PERFORMANCE AUDIT: INTER VIVOS TRANSFER OF PROPERTY

PR0356
Date Icon 01/03/2010

L-Awditur Ġenerali rrapporta lill-Parlament li kien hemm dħul sostanzjali mill-ġbir tat-taxxafuq t-trasferimenti Inter Vivos tal-propjetà meta kkomparat mal-infieq li jagħmel l-Capital Transfers Duty Department (CTDD) f’dan ir-rigward.  Madanakollu, hemm lok li jissaħħu iżjed l-mekkaniżmi sabiex ikun żgurat li l-interessi tal-Gvern ikunu mħarsa aħjar.   

L-applikazzjonijiet kollha li jirċievi d-Dipartiment ikunu, wara evalwazzjoni inizjali, eżaminati mill-Bord Intern tad-Dipartiment.  Dan isir biex ikun żgurat li d-dikjarazzjoni tal-valur tal-propjetà tkun korretta għaliex din tifforma l-bażi tal-kalkulazzjoni tat-taxxa Inter Vivos dovuta.  Iżda, l-membri tal-Bord ma ngħatawx termini stabbiliti formali tal-ħatra tagħhom u linji gwida dwar l-operat tagħhom.  Kif ukoll il-Bord ma jiddokumentax il-bażi tad-deċiżjonijiet tiegħu.  Il-membri tal-Bord Intern m’għandhomx speċjalizzazzjoni teknika fil-valutazzjoni ta’ propjetà, għalkemm jippossjedu esperjenza konsiderevoli.  Ix-xogħol tal-Bord huwa ostakolat minħabba li l-livell t’informazzjoni fuq l-propjetà trasferita mhux konsistenti minn każ għal ieħor.   

Studju tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) indika li f’numru żgħir ta’ każijiet, l-Bord aċċetta dikjarazzjonijiet li kienu inqas mill-prezz tas-suq tal-propjetà.  Bejn l-2005 u l-2008, il-Bord aċċetta iktar minn 54 fil-mija tal-applikazzjonijiet eżaminati minnu. 

Dawk il-każijiet li, fil-fehma tal-Bord ma jirriflettux il-prezz tas-suq, jiġu mgħoddija lill-Periti sabiex issir stima tal-propjetà.  Il-maġġoranza ta’ dawn l-istimi kkonfermaw il-valur iddikjarat mill-partijiet ikkonċernati jew ġew aċċettati f’każijiet fejn l-istima tal-Periti kienet ogħla. 

L-istimi tal-Periti ġġeneraw dħul sostanzjalment ikbar minn nefqa tagħhom.  Madanakollu, in-nuqqas ta’ dokumentazzjoni ddgħajjef il-kontroll intern marbut ma’ dawn l-istimi.  Dan huwa partikularment evidenti fejn il-Periti jnaqsu l-istima oriġinali tagħhom wara li jkun hemm oġġezzjonijiet mill-partijiet involuti u jkollha issir spezzjoni oħra.  

Id-Dipartiment irrifjuta kważi nofs l-oġġezzjonijiet kollha li saru dwar il-valutazzjonijiet tal-propjetà kif stmata mill-Periti.  Id-Dipartiment isostni li numru konsiderevoli t’oġġezzjonijiet mhumiex ġustifikati minħabba li r-raġunijiet preżentati ma jkunux validi.  F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-partijiet ikkonċernati kellhom l-opportunità li jitolbu li l-każ tagħhom ikun rivedut minn dak li kien jissejjaħ il-Bord Speċjali tal-Kummissarji għat-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.  Iżda, dan il-Bord kien ilu ma jiltaqa’ minn Diċembru 2004.  Din is-sitwazzjoni wasslet biex ikun hemm madwar 600 każ pendenti.  Riċentement, l-AdministrativeReview Tribunial ħa post dan il-Bord. 

Dan ir-rapport ikkonkluda li minkejja d-dħul sostanzjali addizzjonali għad-Dipartiment, teżisti l-opportunità biex ikun hemm titjib fl-immaniġġjar ta’ taxxa Inter Vivos.  F’dan ir-rigward, l-NAO għamel numru ta’ rakkommandazzjonijiet biex jissaħħu l-mekkaniżmi u kontrolli interni relattivi. 

Ir-rapport se jkun fuq il-website: www.nao.gov.mt minn għada.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow