Left arrow Go Back

250 KUNTATT MINN INVESTITURI BARRANIN MAL-AMBAXXATI MALTIN FL-EWWEL XAHREJN TAS-SENA

PR0354
Date Icon 01/03/2010

L-Ambaxxati Maltin fl-ewwel xahrejn tas-sena kienu kkuntatjati minn 250 kumpanija jew individwi li wrew interess li jinvestu f’Malta. Dan in-numru huwa iktar mid-doppju ta’ dak rapurtat fl-ewwel xahrejn tas-sena l-oħra. 

Fl-aħħar xhur Malta rat għadd ta’ investimenti importanti, kemm minn negozjanti Maltin kif ukoll minn investituri barranin preżenti f’Malta u oħrajn ġodda. L-Ambaxxati għandhom rwol u sehem importanti f’dan is-settur għaliex ħafna drabi jservu ta’ bidu għal investimenti futuri. Il-kuntatti li jirċievu l-Ambaxxati Maltin dwar l-investiment jiġu segwiti u analizzati flimkien mal-Malta Enterprise u għaqdiet ta’ min iħaddem. Dawn jingħataw l-għajnuna kollha meħtieġa b’diversi mezzi fosthom anki bil-ħruġ, fejn hu neċessarju ta’ viżas. 

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg qal li dan kollu qed iħalli l-frott tiegħu. Huwa stqarr li fl-aħħar xhur il-pajjiż kompla jiġbed l-interess minkejja ir-reċessjoni internazzjonali. Fl-aħħar xhur ġew rapurtati diversi suċċessi fil-qasam tal-ħolqien tax-xogħol u l-investiment:

·        Inawgurazzjoni ta’ estensjoni tal-Lufthansa Tecnik b’investiment  ta’ € 60 miljun

·        Inawgurazzjoni tal-estensjoni u faċilitajiet ġodda ta’ Fortina Hotel

·        Infetħet faċilità ġdida ta’ Delicata Winery

·        Teknoloġija ġdida tal-istampar ta’ Miller Group

·        Investiment ta’ 26 miljun ewro minn Progress Press

·        Proġett li se joħloq 200 impjieg fis-settur turistiku f’Ħal Ferħ

·        Inawgurazzjoni ta’ kumpanija u uffiċini ġodda fis-settur finanzjarju Mazaars f’Ħ’Attard

·        Investiment ta’ 11-il miljun ewro f’Tug Malta

·        Il-facilitajiet ġodda tal-SRTechnics  bil-ħolqien ta’ 350 impjieg

·        Investiment ta’ € 14-il miljun minn Farsons

·        Żieda fl-impjiegi fil-Methode

·        Cranes ġodda fil-Freeport u investiment ta’ 24 miljun ewro

·        Żieda fl-impjiegi fi Stainless Steel

·        Investiment ta’ 11-il miljun ewro fil-Playmobil

·        Ftuħ ta’ showrooms ġodda bħal dik tal-Mecca f’San Pawl il-Baħar u tal-Audi

·        Aktar banek ġodda jiftħu f’Malta u jinawguraw friegħi ġodda bħal Banif, fil-Fgura, Ħ’Attard u n-Naxxar  

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta importanza lil dawn il-kuntatti matul din il-leġislatura. Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ħeġġeġ lill-Ambaxxaturi fil-laqgħa annwali tagħhom sabiex ikunu ta’ vetrina għal Malta, iħeġġu l-investimenti u jżiedu l-postijiet tax-xogħol f’Malta. 

Fl-aħħar sena ġew iffirmati ‘il fuq minn 11-il ftehim marbut mal-ħelsien tat-tassazzjoni doppja. Infetħu wkoll numru ta’ ambaxxati u konsulati ġodda: fosthom fl-Indja, f’Iżrael, it-Turkija u f’Moska.Din il-ħidma fl-aħħar mill-aħħar qed tirriżulta f’iktar postijiet ta’ xogħol ta’ kwalità għall-Maltin.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow