L-AMBAXXATA MALTIJA FI TRIPLI QED IŻŻOMM KUNTATT REGOLARI MAL-MALTIN LI GĦANDHOM INTERESSI FIL-LIBJA
L-Ambaxxata u l-Konsulat Malti fi Tripli qed iżommu kuntatt regolari mal-Maltin li għandhom interessi fil-Libja. Fl-aħħar ġranet l-Ambaxxata organizzat laqgħa ma’ dawk il-Maltin li għandhom negozju fil-Libja.
Waqt din il-laqgħa uffiċjali fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli, huma ġew infurmati li l-ħaddiema Maltin li fil-preżent qed jaħdmu fil-Libja, qed jintalbu sabiex jibqgħu fil-pajjiż sakemm il-viża tagħhom tippermettilhom. Dan minħabba l-biża’ li ma jitħallewx nies jidħlu flokhom minn barra l-pajjiż.
L-Ambaxxatur ta’ Malta għal Tripli, George Casssar stqarr li l-uffiċji konsulari huma miftuħa biex jgħinu lill-Maltin sabiex jikbsu l-aħħar informazzjoni. Waqt il-laqgħa ngħatat ħarsa estensiva fuq is-sitwazzjoni preżenti u ntqal ukoll li prattikament mhu qed jitħalla jidħol ħadd mill-pajjiżi li jinsabu fiż-żona Schengen, inkluża Malta. Dan jgħodd għal kwalunkwe tip ta’ viża li persuni minn din iż-żona jista’ jkollhom.
Dawk preżenti għal din il-laqgħa qablu mal-Ambaxxatur Cassar li jagħtu lill-Ambaxxata lista tal-ħaddiema tagħhom li għandhom l-intenzjoni li jmorru jaħdmu hemm.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990