IL-PRESIDENT GEORGE ABELA F’LAQGĦA MAL-AMBAXXATUR TAL-QATAR L-E.T. SAAD NASSER AL-HOMIDI
Il-President George Abela waqt laqgħa mal-Ambaxxatur Saad Nasser Al-Homidi tal-Istat tal-Qatar, tkellem dwar id-donazzjoni li ntbgħatet lil Malta Community Chest Fund mill-Emir tal-Qatar, Sheikh Hamad Bin Khalifa Al Thani.
Fi żjara statali li saret f’Awissu tas-sena l-oħra fil-Qatar, il-President George Abela waqt laqgħa mal-Emir, spjega l-kontribut tal-Malta Community Chest Fund fis-soċjeta’ Maltija. L-Emir tal-Qatar għamel ġest ta’ donazzjoni lejn il-Malta Community Chest Fund ta’ €70,282 li ġew ippreżentati lill-President Abela mill-Ambaxxatur tal-Qatar.
Il-President Abela temm jgħid li minbarra li ż-żjara statali fil-Qatar ħalliet ħafna frott ma’ kumpaniji lokali, ġabet ukoll għall-ewwel darba donazzjoni lejn il-Malta Community Chest Fund, minn pajjiż ’il boghod minn xtutna.
Fi tmiem il-preżentazzjoni, il-President George Abela ġedded l-istedina uffiċjali lill-Emir tal-Qatar, Sheikh Hamad Bin Khalifa Al Thani, sabiex iżur Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990