AVVIŻ MILL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN
PR0346
27/02/2010
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għandu informazzjoni li hemm xi Maltin li jinsabu ċ-Ċile. Dalgħodu seħħ terremot fiċ-Ċile li ħalla diversi vittmi.
Għaldaqstant, il-Ministeru jappella lil dawk il-familjari jew ħbieb ta' Maltin li bħalissa jinsabu fiċ-Ċile sabiex jagħmlu kuntatt mal-Ministeru fuq 79476382 jew 79430801.
Din l-informazzjoni hija meħtiega sabiex jigi stabbilit in-numru eżatt ta' Maltin li jinsabu fiċ-Ċile. Dan jgħin sabiex tkun identifikata il-kundizzjoni ta' dawn il-persuni. Il-Gvern Malti jinsab f'kuntatt mal-Awtoritajiet taċ-Ċile f'dan ir-rigward.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990