Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

PR0337
Date Icon 25/02/2010

L-Oppożizzjoni miżinformata fuq l-immaniġġjar tal-kwota nazzjonali tat-tonn

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għal stqarrija maħruġa llum mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni Joe Sammut.

Din l-istqarrija tikkonferma kemm l-Oppożizzjoni hija miżinformata fuq l-immaniġġjar tal-kwota nazzjonali tat-tonn.  Dan għaliex kull pass li ttieħed mid-Dipartiment għall-Kontroll tas-Sajd huwa skond ftehim milħuq bejn l-istess Dipartiment u ż-żewġ Koperattivi tas-Sajjieda fit-18 ta’ Jannar 2010 (kopja ta’ dan il-ftehim huwa anness ma’ din l-istqarrija).

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni jidher ċar li mhuwiex konxju tar-rakkomandazzjonijiet  tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) li għandu jkun hemm tnaqqis fl-isforz tas-sajd minħabba t-tnaqqis tal-kwota nazzjonali ta’ 30% għal raġunijiet ta’ konservazzjoni tal-ispeċi tat-tonn.

Ġaladarba teżisti din ir-rakkomandazzjoni, il-pjan tal-immaniġġjar tal-kwota nazzjonali tat-tonn ried isir abbażi ta’ dik ir-rakkomandazzjoni u dan kien l-uniku mod kif ikun imħares l-għixien tas-sajjieda. 

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għoġbu jerġa’ jagħmel l-argument tal-ħlas lis-sajjieda tal-pixxispad minkejja dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti min-naħa tal-Gvern li dawn is-sajjieda se jitħallsu minn fondi nazzjonali wara li jkunu saru l-verifiki meħtieġa.  Ta’ min jgħid li dawn il-verifiki kważi tlestew u s-sajjieda se jitħallsu kif miftiehem fi żmien qasir.

Lil hinn minn diskors infondat bħalma hu dak tal-Oppożizzjoni, il-Gvern qed jaħdem mill-qrib mas-sajjieda fi sforz biex ikompli jiżgura l-futur tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow