AVVIZ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: ELEZZJONIJIET GHALL-KUMITATI AMMINISTRATTIVI GHALL-KOMUNITAJIET – IS-SIBT 27 TA’ MARZU 2010 :: VOTAZZJONI GĦAL DAWK LI SER IKUNU MSIEFRIN F’JUM L-ELEZZJONI
ELEZZJONIJIET GĦALL-KUMITATI AMMINISTRATTIVI
GĦALL-KOMUNITAJIET
IS-SIBT, 27 TA’ MARZU 2010
Votazzjoni għal dawk li ser ikunu msifrin f’jum l-elezzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li ser ikunu msiefra f’jum il-votazzjoni nhar is-Sibt, 27 ta’ Marzu, 2010, illi huma jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni bil-ġurament quddiem il-Kummissjonarji Elettorali sabiex ikunu jistgħu jivvotaw nhar is-Sibt l-20 ta’ Marzu, 2010. Din id-dikjarazzjoni bil-ġurament għandha ssir fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, l-Belt Valletta jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, id-19 ta’ Marzu, 2010, skont il-ħinijiet murija hawn taħt:
It-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis u l-Ġimgħa: mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m.
L-Erbgħa: mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u
mit-3.00 p.m. sas-6.00 p.m.
| Is-Sibt: | mit-8.00 a.m. sal-11.00 a.m. |
| Il-Ġimgħa, id-19 ta’ Marzu, 2010, | (l-aħħar jum): mit-8.00 a.m. sa nofsinhar |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990