Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET JASON AZZOPARDI JĦABBAR INVESTIMENT FIT-TAQSIMA PROPRJETÀ TAL-GVERN GĦAL ĦAFNA IŻJED EFFIĊJENZA, TRASPARENZA U KONTABILITÀ

PR0330
Date Icon 25/02/2010

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi llum indirizza konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħabbar investiment fit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern (GPD) li ser iwassal għal bdil u titjib radikali tas-sistemi ta’ kif titħaddem il-proprjetà tal-Gvern.  Dan ser jirriżulta f’iktar effiċjenza, trasparenza, kontabilità, u servizz aħjar għall-pubbliku. 

Jason Azzopardi qal illi permezz tal-‘Land and Estate Management Information System’ (LEMIS), illum il-Gvern qed jilħaq tragward importanti fil-mixja li beda fl-aħħar xhur, li jtejjeb it-tmexxija tar-riżorsa tal-art.  “Fl-aħħar sentejn wettaqna ħidma sfieqa biex iġġilidna l-abbuż, biex tejjibna s-servizzi, u ftaħna servizzi ġodda filwaqt li tajna valur li jixraq lill-proprjetà pubblika.  Illum qed nagħmlu qabza kbira ta’ kwalità u ndaħħlu l-informatika tal-GPD fis-seklu wieħed u għoxrin, biex nipprovdu servizz li jixraq lill-pubbliku Malti.”

Is-Segretarju Parlamentari spjega kif fil-GPD jeżistu 131,000 file illi jiġbru fihom l-informazzjoni kollha dwar il-proprjetà li jamministra l-Gvern Malti.  Dawn il-files huma id-database tal-Gvern dwar il-proprjetà.  Bl-investiment li ser jagħmel il-Gvern, din l-informazzjoni kollha ser tinġabar f’sistema diġitali ċentrali, fuq medda ta’ 3 snin, biex jiġu iffaċilitati x-xogħol u l-effiċjenza.   

Jason Azzopardi qal li l-Gvern irid jasal f’punt fejn bniedem ikun jista’ jaċċessa informazzjoni dwar il-proprjetà tal-Gvern mill-kumdità tad-dar tiegħu.  Din il-qabża ta’ kwalità lejn eċċellenza fis-servizz, ser tiffaċilita iżjed l-aċċess għall-informazzjoni anke għal skopijiet ta’ investiment u ħolqien ta’ xogħol. 

Is-sistema LEMIS hija sistema użata madwar id-dinja minn klijenti li jinkludu Shell, Birmingham City Council, UK Court Services u Lloyds TSB.  Fost l-oħrajn l-LEMIS ser tipprovdi modules li jiffaċilitaw ir-registrazzjoni tal-proprjetà, management ta’ kuntratti, kif ukoll awditjar. 

Il-LEMIS ser jiffaċilita li l-GPD ikollu informazzjoni f’ħin reali dwar x’proprjetà għandu eżattament il-Gvern, jekk din hijiex battala, min huwa l-okkupant, x’valur għandha din il-proprjetà, u kemm ilu ma jsir xogħol ta’ manutenzjoni fuqha.  Dawn il-mistoqsijiet fil-preżent jistgħu jiġu mwieġba b’eżerċizzju laborjuz ta’ tfittxija fil-files li tista’ tieħu l-ġimgħat.  B’dan l-investiment dan ser ikun jista’ jsir fi ftit mumenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow