Left arrow Mur Lura

IKOMPLI L-PROĊESS TA’ MMODERNIZZAR FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL

PR0324
Date Icon 24/02/2010

Bil-għan li dejjem ikompli jitjieb is-servizz li jingħata mir-Residenza San Vinċenz de Paul, qed isir ħafna xogħol kemm fil-qasam edukattiv, kif wkoll fis-swali differenti tal-istess Residenza. Għalhekk, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità qiegħed ikompli bil-proċess ta’ mmodernizzar.  

B’dan il-ħsieb, inbeda x-xogħol fuq sala antika sabiex tiġi modernizzata u tibda tintuża bħala Multi-purpose Hall. F’din il-Multipurpose Hall, l-istudenti se jkollhom aktar spazju u kumditajiet neċessarji għat-taħriġ tagħhom. Fil-fatt, minn din is-sena, dawk li se jattendu għall-korsijiet tal-Care Assistantsse jibbenefikaw minn din is-sala. 

Is-Segretarjat ħaseb ukoll li jibni Resource Centre għall-ħaddiema tar-Residenza. L-għan ta’ din id-deċiżjoni huwa dak li l-ħaddiema jkollhom il-possibiltà li jibqgħu aġġornati mal-aħħar żviluppi fis-settur tagħhom. F’dan iċ-Ċentru se jkun hemm kompjuters, aċċess għall-internet, librerija u materjal ieħor ta’ użu għal dawk li jiġu bżonnu. 

Minħabba li n-numru ta’ anzjani li jidħlu f’din ir-Residenza qiegħed dejjem jiżdied, is-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunità kompla bix-xogħol ta’ immodernizzar fis-swali tal-irġiel u numru ta’ swali oħra.

Fejn qabel San Vinċenz de Paul kien meqjus bħala tabù, illum il-ġurnata hawn talba kbira mingħand l-anzjani biex jidħlu f’din ir-Residenza. Bix-xogħlijiet kollha li saru,   din ir-Residenza saret aktar komda u aċċessibbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow