Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JIBDA ŻJARA UFFIĊJALI F’ĦAŻ-ŻABBAR – JILTAQA’ MAL-GĦAQDIET

PR0318
Date Icon 24/02/2010

“Komunita` b’saħħita ħafna u dinamika” – Hekk iddiskriva l-lokalita` ta’ Ħaż-Żabbar il-President George Abela meta nhar it-Tlieta filgħaxija ltaqa’ mal-għaqdiet volontarji fil-komunita’ bħala parti miż-żjara uffiċjali f’Ħaż-Żabbar.

Il-President Abela ltaqa’ mal-membri tad-diversi għaqdiet volontarji f’Ħaż-Żabbar fiċ-Ċentru Ċiviku u sema’ dwar id-diversi ħidmiet li jsiru b’tant dedikazzjoni fir-raħal, li jvarjaw minn kull aspett: dak reliġjuż, kulturali, sportiv, politiku u ċiviku.

Fi tmiem il-laqgħa, il-President Abela sostna li dan is-sens ta’ komunita’ huwa xi ħaġa li ż-Żabbarin għandhom jgħożżu. Il-President Abela ikkwota lil ġiżwita Teilhard de Chardin – “We are only one when we are one”. B’dan il-ħsieb iddiskriva l-valur tas-sens komunitarju bħala valur uniku li ċittadin ma` jgħix biss għalih u għall-qraba tiegħu, imma jgħix ukoll għan-nies ta’ madwaru billi jkun attiv permezz tal-għaqdiet volontarji. Il-President George Abela żied jgħid li “b’din il-ħidma, filwaqt li tinduna kemm tista’ tkun ta’ kontribut għall-komunita’, fl-istess ħin tispikka l-individwalita` tal-persuna.”

Il-President ħeġġeġ lill-għaqdiet sabiex jaħdmu b’sinerġija mal-Malta Community Chest Fund speċjalment meta jkunu jridu jindirizzaw problemi soċjali. Semma’ ukoll lis-Sinjorina Agatha Barbara li għamlet unur lil Ħaż-Żabbar bil-ħidma tagħha li wasslitha sabiex tkun l-ewwel mara li okkupat l-ogħla kariga tal-Istat - President tar-Repubblika ta’ Malta.

Filwaqt li awgura lill-għaqdiet Żabbarin u lill-Kunsill Lokali Żabbar iktar ħidma fejjieda stqarr li jinsab ħerqan sabiex il-Ħadd 28 ta’ Frar, jerġa’ jżur Ħaż-Żabbar flimkien mas-Sinjura Abela, f’liema okkażjoni jkun jista’ jiltaqa’ mill-viċin mar-residenti Żabbarin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow