Left arrow Mur Lura

IL-KAMRA TAL-KUMMERĊ, INTRAPRIŻA U INDUSTRIJA TWIEGĦED SOSTENN LIS-SEGRATARJU PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET

PR0313
Date Icon 23/02/2010

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi illum żar il-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija fil-Belt Valletta. Il-laqgħa kienet maħsuba biex toħloq rapport ta’ djalogu u kollaborazzjoni bejn iż-żewġ partijiet, wara li ġie nkarigat min-negozji ż-żgħar u medji, u self employed.

Jason Azzopardi qal li l-Gvern huwa mpenjat f’ħidma favur in-negozji żgħar u medji, u s-self employed f’Malta, għax dawn huma is-sinsla tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Huwa saħaq kif fl-aħħar budget il-Gvern ħabbar għadd ta’ inizjattivi u inċentivi maħsuba għal dan is-settur, biex jinkoraġġixxu l-intrapriza tinvesti u tiġġenera x-xogħol. Dawn l-inizjattivi huma mmirati biex l-intrapriża tagħna mhux sempliċement tilqa’ għad-daqqiet, iżda tikber u tissaħħaħ.

Jason Azzopardi qal li l-Gvern jifhem id-diffikultajiet tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u Industrija, u huwa kommess li jindirizza l-isfidi.

Fil-każ tas-Services Directive, Malta bħala membru attiv tal-Unjoni Ewropea qed tagħmel il-parti u l-almu tagħha biex il-process ta’ verifika li qed jitmexxa mill-Kummissjoni Ewropea jirnexxi u jkun suċċess. Dan biex ikun żgurat li kumpaniji madwar l-Unjoni Ewropea jkunu fil-liberta’ li jipprovdu servizzi jew jistabbilixxu ruħhom f’pajjiżi oħra. Dan huwa l-għan aħħari tas-Services Directive innifsu.

Fil-każ tat-tariffi, il-Gvern jinsab impenjat li joħloq inċentivi għall-użu ta’ enerġija alternattiva. It-tariffi tad-dawl u l-ilma jiddependu minn fatturi li m’humiex fil-kontroll lokali, madanakollu l-Gvern nieda numru ta’ inizjattivi biex in-negozji jinvestu f’makkinarju li juża inqas enerġija, kif ukoll fil-ġenerazzjoni tal-enerġija alternattiva.

Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi qal li filwaqt li l-burokrazija hija neċessarja, meta din tkun żejda u tibda xxekkel l-inizjattiva u x-xogħol, din trid tiġi mneħħija. Il-Gvern qed jindirizza din il-priorita’ anke fuq livell Ewropew billi qed jieħu sehem fir-Reduction of Administrative Burden Action Programme li ġie ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea, u li huwa mmirat li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi bi kwart.

Dwar prattiċi llegali li jwettqu individwi fin-negozju tagħhom, Jason Azzopardi saħaq li jinsab fuq l-istess linja ta’ ħsieb tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija, għax l-abbuż kollu għandu dejjem jiġi miġġieled, mingħajr ebda riżervi. Bħal f’kull settur ieħor, kull lok ta’ abbuż għandu jitneħħa, għax hekk biss jista’ jiġi żgurat level-playing field li jippermetti kompetizzjoni ġusta, u tkattir ta’ negozju.

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet wiegħed li ser ikun qiegħed jaħdem mill-qrib u jisma’ lir-rappreżentanti tan-negozji żgħar, biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi. Huwa wiegħed l-impenn tiegħu biex dan is-settur tant importanti, tkompli tingħatalu l-attenzjoni meħtieġa.

Min-naħa tagħha, is-Sinjura Helga Ellul, President tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija ferħet lill-Onor. Jason Azzopardi għall-inkarigu l-ġdid u awguratlu ħidma fejjieda għall-ġid tan-negozji żgħar u medji u s-self employed.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow