Left arrow Go Back

IT-TNEDIJA TAL-ASSOĊJAZZJONI TA' MALTIN FIL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU

PR0311
Date Icon 23/02/2010

Fuq l-inizjattiva ta' l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu, bl-għajnuna tar-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-UE u l-Malta Business Bureau fi Brussell, u bil-ġenerożità ta’ xi kumpaniji bbazati Malta, nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Frar, twaqqfet l-Assoċjazzjoni għall-Maltin fil-Belġju u l-Lussemburgu.

It-tnedija, li saret fil-Malta Business Bureau f’Avenue d'Auderghem fi Brussell, kienet suċċess notevoli. Madwar mitejn Malti, inkluż il-Kummissarju Malti ġdid, is-Sur John Dalli, attendew l-avveniment, filwaqt li t-tfal Maltin kienu mħeġġa biex jattendu bil-kostumi tal-karnival. It-tfal Maltin ħadu din l-istedina bis-serjetà ħafna u kollha ġew lebsin kostumi sbieħ. Huma wkoll taw prezentazzjoni qasira dwar il-karnival Malti. Ġugarelli ħelwin u ta’ kwalità, magħmula f'Malta kienu mqassma lit-tfal kollha li attendew l-avveniment.

Il-komunità Maltija fi Brussell ġiet servuta b’ikel ġenwin Malti u xorb tradizzjonali, inkluż ftajjar, pastizzi, gbejniet, trifle, pastini tal-lewż u l-prinjolata. L-ikel gie preparat minn team Malti li tela’ Brussell speċifikament għall-avveniment. Dan gie ppreparat għall-okkazjoni minn prodotti importati minn Malta. Aktar minn 200 kgs ikel kienu fil-fatt miġjuba minn Malta permezz tal-linja nazzjonali l-Air Malta.

Pierre Clive Agius, l-Ambaxxatur Malti għall-Belġju u l-Lussemburgu, spjega li t-tnedija tal-Assoċjazzjoni Maltija kienet infrastruttura soċjali meħtieġa għall-komunità Maltija fi Brussell u fil-Lussemburgu fejn l-akbar komunita’ ta’ expatriates Maltin ġiet stabbilita mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. L-għan tal-assoċjazzjoni huwa primarjament sabiex torganizza attivitajiet soċjali u kulturali għall-komunità. Permezz tat-twaqqif tagħha, l-Assoċjazzjoni se tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' Malta fl-attivitajiet organizzati mill-Belt ta' Brussell, biex b’hekk tesponi aktar lil Malta u Għawdex.

Hemm pjanijiet biex isiru avveniment simili għall-komunità Maltija fil-Lussemburgu fil-futur qarib. Huwa stmat li n-numru ta’ Maltin fil-Belġju u l-Lussemburgu hu bejn erba' u ħames mitt persuna.

Ringrazzjament speċjali jmur lill-Maltin li taw l-għajnuna tagħhom fl-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment, kif ukoll lill-isponsors kollha li kienu partikolarment ġenerużi u li momentarjament ġabu lil Malta fi Brussell.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow