Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GHAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA

PR0299
Date Icon 19/02/2010

iżdiedu l-operazzjonijiet f’Mater Dei – 39,000 operazzjoni f’sena... żieda ta’ 6,000 fuq sentejn ilu

L-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar is-saħħa għal darb’oħra tipprova tqarraq bin-nies u tagħti impressjonijiet foloz. 

Il-politika tal-Gvern hi ċara:  li jagħti l-aħjar kura tas-saħħa b’xejn lill-pazjenti u lil min ikollu bżonn il-kura. 

Il-Gvern qiegħed isaħħaħ is-servizzi tas-saħħa tant li matul is-sena li għaddiet saru 39,000 operazzjoni li jfisser 6,000 aktar milli kienu saru fl-aħħar sena tal-Isptar San Luqa.  L-oppożizzjoni kienet kontra l-bini tal-isptar Mater Dei u għalhekk kontra t-titjib li fost l-oħrajn qed iwassal biex aktar nies jingħataw kura u jsiru aktar operazzjonijiet. 

Dwar id-dokument ta’ konsultazzjoni għat-tisħiħ tal-Kura Primarja, il-Ministeru jtenni li d-dokument sar biex iservi bħala bażi ta’ konsultazzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ kulħadd u għalhekk fejn ikun meħtieġ ikun hemm it-tibdil, biex il-pazjenti jingħataw l-aħjar kura għal ġid tagħhom u tal-familji tagħhom.  Bħal kull dokument ieħor ta’ konsultazzjoni, kif tħabbar meta tnieda, dak ma kienx dokument finali, iżda l-oppożizzjoni jidher li fil-vokabularju tagħha ma tafx x’jiġifieri konsultazzjoni!

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow