AVVIŻ MIS-SEGRETARJAT GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’
PR0298
19/02/2010
Is-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` qiegħed javża li l-proċess ta’ tilqim se jibqa’ għaddej.
Kien innutat li matul din il-ġimgħa l-pubbliku baqa’ jirrikorri għat-tilqima kontra l-influwenza A H1N1, b’medja ta’ ‘l fuq minn 700 persuna kuljum.
B’hekk kull min irid jitlaqqam jista’ jmur jieħu t-tilqima mit-Tnejn sas-Sibt miċ-Ċentri tas-Saħħa f’Malta mis-2.00 sat-8.00 p.m. jew mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex mit-8.00 sas-1.00 p.m.
S’issa tlaqqmu total ta’ 87, 639 persuna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990