Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: ELEZZJONIJIET GĦALL-KUMITATI AMMINISTRATTIVI GĦALL-KOMUNITAJIET - IS-SIBT, 27 TA’ MARZU 2010

PR0288
Date Icon 18/01/2010

Nominazzjoni minn Partiti Politiċi eċċ ta’ Persuni bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali; Persuni sabiex jgħoddu u jissorveljaw l-għadd tal-voti; Agenti tal-Partit; Agenti tal-Għadd

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-partiti politiċi li ser jikkontestaw l-elezzjonijiet għall-Kumitati Amministrattivi għall-Komunitajiet ta’ Bubaqra (Iż-Żurrieq), Fleur-De-Lys (Birkirkara), Kappara (San Ġwann), Madliena (Is-Swieqi), Paceville (San Ġiljan), Santa Luċija (Ta’ Kerċem), Xlendi (Il-Munxar) u Marsalforn (Iż-Żebbuġ) u kull persuna jew kull għadd ta’ persuni li jikkontestaw l-elezzjoni ta’ Kumitati Amministrattivi bħala grupp wieħed taħt l-istess isem li, skont ir-regolament 27(1), 55(3) u 30(3) tat-Tielet Skeda tal-Att tal-1993 dwar Kunsilli Lokali, huma għandhom sa nhar it-Tlieta 23 ta’ Frar, 2010, sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali listi li fihom jinnominaw persuni biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji, persuni li jgħoddu, persuni li jissorveljaw u Agenti ta’ Partit.

Il-partiti politiċi jistgħu, sas-Sibt is-6 ta’ Marzu 2010, jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali lista bl-ismijiet ta’ persuni biex iservu bħala Aġenti tal-Għadd. In-numru ta’ Aġenti tal-Għadd għandu jkun daqs in-numru ta’ kandidati li ser jikkontestaw l-elezzjoni mal-partit fil-komunita’ rispettiva.

www.electoral.gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow