Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI F’ LAQGĦA MAL-KUNSILL TAL-GRTU.

PR0282
Date Icon 17/02/2010

Impenn għal ħidma u kollaborazzjoni

Illum is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi kellu l-ewwel laqgħa mal-kunsill tal-GRTU fl-uffiċċji tagħhom fil-Belt Valletta wara li ġie inkarigat min-negozji żgħar. Il-laqgħa kienet intiża biex tistabbilixxi rapport b’saħħtu ta’ kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat.

Jason Azzopardi qal li l-Gvern dejjem emmen li n-negozji ż-żgħar u medji, u s-self employed huma s-sinsla tal-ekonomija lokali.  Dan joħroġ biċ-ċar mill-bosta inizjattivi u inċentivi li ħabbar il-Gvern fl-aħħar budget maħsuba biex isaħħu dan is-settur u jinkoraġġixxu l-investiment.  Dan l-impenn huwa kkonfermat bl-appuntament ta’ Segretarju Parlamentari għas-settur.

Jason Azzopardi wiegħed li ser ikun qiegħed jaħdem mill-qrib u jisma’ lir-rappreżentanti tan-negozji ż-żgħar, biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi.  Huwa wiegħed l-impenn tiegħu biex dan is-settur tant importanti tkompli tingħatalu l-attenzjoni meħtieġa.

Il-president tal-GRTU Paul Abela esprima s-sodisfazzjon tiegħu u feraħ lil Jason Azzopardi għall-inkarigu l-ġdid tiegħu.  Huwa qal illi jinsab konvint li din il-kollaborazzjoni ser tirrizulta f’ġid.

Paul Abela qal illi fil-passat il-GRTU dejjem kellha rwol importanti, u għamlet kisbiet importanti għas-setturi li tirrappreżenta.  Huwa qal illi l-GRTU dejjem emmnet fil-potenzjal ta’ Malta u dejjem użat l-għodda tal-persważjoni biex wasslet għall-għanijiet tagħha.  Huwa kompla li bil-persważjoni sħiħa u tmexxija kapaċi, il-GRTU iggwidat lin-nies lejn  sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Paul Abela qal li il-GRTU ma għandiex għalfejn tinżel fit-toroq għaliex ma taqta’ qalbha qatt li madwar il-mejda tan-negozjati, kapaċi tikkonvinċi u kapaċi tirbaħ.

Il-GRTU hija sodisfatta li llum għandna Gvern bi Prim Ministru li kapaċi jismagħha u li jagħtiha kull ċans possibli li tikkonvinċi u tirbaħ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow