AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi fis-27 ta’ Marzu 2010, ser isiru elezzjonijiet għal tmien (8) Kumitati Amministrattivi għall-Komunitajiet, li huma:
Bubaqra (Iż-Żurrieq)
Fleur-De-Lys (Birkirkara)
Kappara (San Ġwann)
Madliena (Is-Swieqi)
Paceville (San Ġiljan)
Santa Luċija (Ta’ Kerċem)
Xlendi (Il-Munxar)
Marsalforn (Iż-Żebbuġ)
Il-Kummissjoni Elettorali tavża wkoll lil dawk il-persuni li se jikkontestaw l-elezzjonijiet imsemmija li, jekk jixtiequ jinformaw ruħhom fuq kif għandhom jimxu mal-proċeduri ta’ dawn l-elezzjonijiet, għandhom imorru l-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, il-Belt Valletta, waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.
Billi dawn il-proċeduri għandhom diversi dati ta’ skadenza, ikun fl-interess tal-kandidat prospettiv li jinforma ruħu mill-aktar fis possibbli qabel id-data ta’ meta jiftħu n-nominazzjonijiet tal-kandidati, jigifieri, it-Tnejn 22 ta’ Frar, 2010. In-Nominazzjonijiet ta’ kandidati ser jiġu milqugħa mill-Kummissjoni Elettorali mit-Tnejn 22 sal-Erbgħa 24 ta’ Frar, mid-9.00 ta’ filgħodu sa nofsinhar u mis-2.00 sal-5.00 ta’ wara nofsinhar. Nominazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, il-Belt Valletta u fis-sezzjoni tal-Karta tal-Identita’ 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex. Kull applikant għandu jippreżenta l-formola tan-nomina preskritta mimlija, jagħmel depositu ta’ 90 euro u għandu jippreżenta l-Karta tal-Identita’. Il-formoli jistgħu jinkisbu mil-lum mill-uffiċċji msemmija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990