Left arrow Mur Lura

IX-XOGĦOL TA’ PAVIMENTAR FIL-BELT VALLETTA

PR0280
Date Icon 17/02/2010

L-Onor. Austin Gatt, Ministru ghall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni  flimkien mal-Onor. George Pullicino, Ministru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali,  izuru x-xoghol ta’ pavimentar fil-belt Valletta.


Matul dawn ix-xhur li ġejjin ser jkun qed isir pavimentar f’madwar 14-il triq biex iċ-ċentru kollu tal-Belt issa jkun pavimentat kif jixraq lill-Belt ta’ wirt kulturali dinji.

Wara li saru Triq ir-Repubblika u Triq il-Merkanti fost it-toroq ewlenin oħrajn, din is-sena se jinbidlu s-servizzi u niksu bil-pavimentar partijiet importanti ħafna bħal ma hi Triq id-Dejqa, Triq Melita u partijiet oħrajn minn Triq Repubblika u Triq il-Merkanti.

L-idea hi li tingħata struttura u dehra li jirrispettaw l-istorja li raw dawn it-toroq pero’ fl-istess ħin jaqdu l-bżonnijiet prattiċi ta’ ċentru amministrattiv bħal ma hi l-Belt.

Ix-xogħol jinkludi kemm partijiet fejn ser jsir kisi bil-pavimentar fejn ma kienx hemm paviment qabel (kien hemm tarmac) kif ukoll element sostanzjali ta’ reabilitazzjoni ta’ turġien u paviment oriġinali.

Il-Ministru Austin Gatt qal li f’din l-aħħar sena u nofs inbdiet sensiela ta’ proġetti nazzjonali li ser jibdlu f’realta’ l-viżjoni tagħna tal-Belt, li tkun ġojjell kulturali u storiku f’belt moderna u aċċessibli. 

Bi Pjazza San Ġorġ u Pjazza Reġina, nħolqu spazji ġodda li jista’ jgawdihom kulħadd.

Il-proġett ta’ Sant’Iermu ser ibiddel din il-fortizza storika f’ċentru ta’ storja u arti filwaqt li nkunu qed inwessgħu l-esperjenza ġenerali tal-Belt sa l-aktar punt t’isfel; il-Lift tal-barrakka, ser jagħti aċċessibilità ġdida lill-belt minn naħa tal-port.

Dan il-proġett ta’ pavimentar ser ifisser li ċ-ċentru kollu tal-belt ser ikun imlibbes b’dan il-mod. Dan kollu ovvjament jgħaqqad mal-proġett ta’ Bieb il-Belt, it-teatru u l-Parlament, li x-xogħol fuqhom mistenni jibda dalwaqt. Minbarra  l-pavimentar ser jkunu qed jinstallaw sistema ta’ bollards. 

Aktar tard inkunu nistgħu inħabbru d-dettalji, pero’ ser ikun hemm bollards fil-kantunieri biex il-karozzi ma jibqgħux jitħallew jipparkjaw, b’mod illegali fil-kantunieri, bollards fil-ġnub tat-toroq pavimentati peress illi f’dawn ser jitneħħew il-bankini u bollards awtomatiċi biex jikkontrollaw id-dħul tal-karozzi f’ċertu areas tal-belt.

Ix-xogħol kollu ta’ pavimentar mistenni jqum aktar minn zewġ miljun Ewro (€ 2 million) minbarra x-xogħlijiet ta’ dawl u ilma u minbarra l-bollards.  Dan huwa nvestiment ieħor fil-Belt.

Il-pjan ta’ Transport Malta hu li jsir kemm jista’ jkun xogħol f’dawn il-ftit xhur li ġejjin biex il-proġett kollu jitlesta sa’ aktar tard din is-sena. Il-programm huwa ntensiv u maħsub biex ikun ta’ l-anqas inkonvenjent għal min joqgħod jew għandu ħanut fil-belt. Ser isir ħafna xogħol issa fix-xitwa u f’Awwissu biex jekk jista’ jkun, jibqa’ xogħol zgħir għal wara s-sajf u nkunu lesti saz-zmien il-Milied. 

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino sostna li l-proġetti li qegħdin isiru fil-Belt Valletta mhumiex biss proġetti għan-nies tal-lokal imma proġetti għal poplu kollhu. Il-Belt Kapitali hija ta’ kulħadd u għalhekk jistħoqq li jsir dak kollhu li jixraq lil din il-belt storika ta’ pajjiżna.

Il-Ministru Pullicino saħaq li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali tul dawn l-aħħar sentejn imbarka fuq aktar minn 20 proġett fil-Belt Kapitali li jvarjaw minn restawr ta’ palazzi u swar, sa proġetti ta’ tisbieħ bħar-riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Ġorġ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow