Left arrow Go Back

TRIPARTITE MEETINGS TO BE HELD IN ITALY BETWEEN THE FOREIGN MINISTERS OF MALTA, ITALY AND LIBYA

PR0277E
Date Icon 17/02/2010

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg illum ħalla Malta biex imur Ruma sabiex jipparteċipa f’taħditiet flimkien mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Italja Franco Frattini u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Libja, Mousa Kousa.  

Dawn il-laqgħat issejħu b’mod urġenti sabiex jindirizzaw l-aħħar żviluppi fil-kwistjoni li nqalat ftit tal-ġranet ilu fejn il-Libja ħadet id-deċiżjoni li twaqqaf il-visas lill-pajjiżi fiz-zona Schengen. 

Din il-miżura kienet imħabbra mil-Libja ftit tal-ġranet ilu fid-dawl tal-aħħar żviluppi tar-relazzjonijiet bejn il-Libja u l-Isvizzzera. L-Isvizzera kienet oġġezzjonat għall-ħruġ ta’ visas lil 180 Libjan, fosthom anki ta’ nies prominenti. Dan ifisser li l-visas taz-zona Schengen ma setgħux jinħarġu lil dawn il-persuni mill-ebda pajjiżi ieħor li jagħmel parti mis-sistema ta’ visas tax-Schengen. 

Intant il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin talab lill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u Esterni biex jiddiskuti din il-kwistjoni fil-laqgħat li se jsiru nhar it-Tnejn fi Brussell.  

Il-Kunsill huwa magħmul mill-Ministri kollha tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea u jiltaqa’ darba fix-xahar. F’ittra li bagħat il-Ministru Tonio Borg huwa talab lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Catherine Ashton sabiex tinkludi fl-aġenda din il-kwistjoni.  

Intant il-Kummissjoni Ewropea ikkonfermat li din il-kwistjoni se tkun diskussa f’dawn il-laqgħat. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow