STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
L-Oppożizzjoni sena wara, tibqa’ ma tippubblikax il-‘konklużjonijiet’ tagħha dwar l-istrateġija tal-immaniġġar tal-iskart
B’reazjoni għall-istqarrija tal-Onor Brincat, il-Ministeru jinnota li l-Oppożizzjoni sena wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni wiegħed li se jagħti sehmu fil-proċess tal-ewwel reviżjoni dwar l-immaniġar tal-iskart solidu f’pajjiżna, baqgħet siekta u ma ppubblikatx il-pożizzjoni tagħha dwar din l-istrateġija. B’din l-istqarrija l-Oppożizzjoni qed terġa’ tikkonferma kemm qed tilgħab għall-gallarija.
Il-Gvern kien jistenna li aktar minn sena wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni ħabbar li se jwaqqaf kumitat ta’ esperti, l-Oppożizzjoni tippubblika kemm l-ismijiet kif ukoll il-pożizzjoni li qed jingħad li tħejjiet. Il-kummenti u l-proposti tal-Oppożizzjoni kellhom jitressqu waqt il-periodu ta’ konsultazjoni pubblika li sar sena ilu, kif għamel kull min hu ġenwin u b’mod serju jrid jikkontribwixxi għal diskussjoni serja f’dan il-pajjiż. Permezz ta’ din l-istqarrija l-Onor Brincat ikkonferma l-arronganza li timxi biha l-Oppożizzjoni fejn lesta minkejja li kienet libera li tipparteċipa fil-periodu ta’ konsultazzjoni pubblika, iżżomm u tikkappara proċess li għandu jwassal biex pajjiżna jkompli javvanza u jkompli jibni fuq is-suċċess diġà miksub fil-qasam tal-immaniġġar tal-iskart.
Huwa faċli li l-Oppożizzjoni titkellem dwar l-accountability ta’ ħaddieħor u ma tkunx accountablegħal dak li twiegħed hi stess minn fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni. Dan juri is-superfiċjalità tal-Oppożizzjoni, li tippriedka mod u bil-fatti tagħmel mod ieħor. Il-Poplu tagħna jixraqlu aħjar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990