Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGHOL U L-FAMILJA

PR0266
Date Icon 15/02/2010

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja jiċħad l-akkuża tal-Malta Union of Teachers  dwar dewmien fil-laqghat mal-MUT. 

Il-Ministeru jsostni li l-laqgħat mal-MUT isiru regolarment iżda hi prattika li meta jkun hemm azzjonijiet industrjali ordnati mill-Union, il-Ministeru ma jkollux laqgħat qabel dawn ikunu sospiżi jew irtirati.  Kif jafu l-istess diriġenti tal-MUT meta ma jkunx hemm azzjonijiet industrjali, il-bibien tal-Ministeru huma dejjem miftuħa għall-Union. 

Il-Malta Union of Teachers żgur li ma tistax tilmenta min-nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-Gvern.  Anzi fil-jiem li għaddew kienet l-istess union li ma laqgħetx żewġ stediniet li sarulha mill-Joint Negotiating Team tal-Ministeru tal-Finanzi. Fil-fatt l-MUT kienet mistiedna għal- laqgħa li kellha ssir nhar it-Tnejn u oħra li kellha ssir nhar il-Ġimgħa tal-ġimgħa li għaddiet iżda għal raġunijiet li jafu biss il-mexxejja tal-MUT, ma attendewx għat-tieni laqgħa filwaqt li għall-ewwel waħda kienu msefrin. 

Il-Ministeru jiċħad ukoll li ma jweġibx għall-ittri tal-Union u li deċiżjonijiet ma jittieħdu qatt. Il-Ministeru dejjem iwiegeb l-ittri tal-Union u meta jinħass li xi ittra tal-Union titlob risposta urġenti ġieli l-Ministru nnifisha jew uffiċjali tal-Ministeru jew tas-Segretarjat saħanistra jagħmlu kuntatt bit-telefon ma’ uffiċjali tal-Union. 

F’anqas minn sentejn il-Ministru Cristina mexxiet riformi radikali fis-settur tal-Edukazzjoni li għandhom iwasslu għal tibdiliet kbar fis-sistema edukattiv tagħna, tant li aktar studenti qed ikomplu jistudjaw, qed jiżdiedu l-opportunitajiet edukattivi għall-istudenti, inbnew aktar skejjel u żdiedu l-faċilitajiet fl-iskejjel u ġew reklutatti aktar edukatturi fosthom trainee psychologists, trainee counsellors, precincts officers, prefetti tad-dixxiplina, u professjonijiet oħra biex jgħinu u jappoġġjaw lill-għalliema fil-qasam edukattiv. 

Ir-Riforma fit-Tranżizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja kif ukoll dik tal-iSkejjel Speċjali qed isiru b’mod kalm u bla skossi la għat-tfal u għall-għalliema.  F’dawn l-aħħar xhur, numru kbir ta’ impjegati fis-settur edukattiv ingħataw kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar kif ukoll opportunitajiet ġodda biex jimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom. 

Il-qasam tal-edukazzjoni se jibqa’ jingħata l-importanza u l-prijorita’ kollha li jistħoqqlu. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow