Left arrow Mur Lura

ELUF TA’ MALTIN QASMU L-FLIEGU GĦAL ŻMIEN IL-KARNIVAL

PR0265
Date Icon 15/02/2010

Bħas-snin l-imgħoddija, fi tmiem il-ġimgħa, eluf ta’ Maltin u turisti qasmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex, biex iżuru l-gżira tat-tliet għoljiet għall-jiem tal-Karnival. Dan sewa wkoll biex ġiet iġġenerata attività kummerċjali f’Għawdex f’dan iż-żmien pjuttost kwiet tas-sena.

Minkejja li f’xi waqtiet iċ-ċelebrazzjonijiet tal-karnival kienu mtappna bir-riħ u x-xita, l-attivitajiet li kellhom isiru,  saru xorta kif ippjanat. Kienu bosta dawk li ħonqu t-toroq u l-pjazez tal-Belt Victoria fejn segwew l-attivitajiet u l-programmi mħejjija, kif ukoll it-toroq tan-Nadur li bħal ma jagħmlu kull sena, joffru spontanjetà u attrazzjoni partikolari lil dawk kollha li jżuruhom.  

L-attività La Notte in Maschera li ġiet organizzata għall-ewwel sena mill-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, intlaqgħet tajjeb kemm min-nies tal-lokal kif ukoll minn bosta Maltin. Permezz ta’ din l-attività nħolqot atmosfera partikolari li kienet kumplimentata mill-ambjent tipiku ta’ l-inħawi kwieti fiċ-ċentru tal-belt Victoria.

Il-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex se jiġi fi tmiemu għada t-Tlieta bid-defilè grandjuż tal-Karnival, li tibda fis-6.30 p.m. minn Triq ir-Repubblika bejn Pjazza Savina u Pjazza Kennedy fejn ikun hemm ukoll spettaklu ta’ żfin tal-kumpaniji parteċipanti fil-Karnival ta’ Għawdex 2010. Jieħdu sehem il-kumpaniji taż-żfin, gruppi mużikali, maskri grotteski u karrijiet trijonfali. Il-karnival spontanju tan-Nadur jagħlaq ukoll is-separju t-Tlieta filgħaxija.

Il-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex jiġi organizzat kull sena mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali Għawdxin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow