Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI JINDIRIZZA L-KUNSILL TAL-MINISTRI EWROPEJ TAL-EDUKAZZJONI.

PR0264
Date Icon 15/02/2010

“Jekk verament irridu inkabbru l-ekonomija bbażata fuq l-oqsma tal-għerf biex inkattru x-xogħol, irridu wkoll nissoktaw b’investiment kontinwu fl-edukazzjoni u t-taħriġ.”

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli waqt li indirizza l-Kunsill tal-Ministri Ewropej tal-Edukazzjoni. Dan il-Kunsill kien qed jiddiskuti l-importanza tal-edukazzjoni fil-ħolqien tax-xogħol u t-tkabbir tal-ekonomija.

Clyde Puli qal li l-edukazzjoni u t-taħriġ jagħtu lill-ħaddiema l-għerf, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jikkompetu fid-dinja tax-xogħol, dinja li kull ma jmur qed issir aktar globalizzata u aktar kompetittiva. Għal dan il-għan Clyde Puli appella lill-pajjiżi Ewropej biex ikomplu jsaħħu u jimmodernizzaw is-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ biex isiru aktar relevanti għad-dinja tal-lum.

Is-Segretarju Parlamentari qal li Ewropa ta’ għerf, kreattività u innovazzjoni, teħtieġ sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ li jippromwovu fertilizzazzjoni ta’ ħsieb kreattiv, innovattiv u intraprenditorjali fost studenti, għalliema u riċerkaturi, kif ukoll komplimentarjetà bejn żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja u Żona Ewropea tar-Riċerka.

Huwa qal li l-edukazzjoni u t-taħriġ huma strumenti effiċjenti u effettivi li jqarrbu l-livelli soċjali lejn xulxin u għalhekk iwasslu għal ekwità, inklużjoni u koeżjoni soċjali fejn kulħadd jingħata l-opportunità biex isir ċittadin attiv li jikkontribwixxi skont il-potenzjal tiegħu għall-ġid komuni.

Clyde Puli sostna li l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħrig taċ-ċittadini hu investiment fil-ġejjieni u fi żmien ta’ kriżi ekonomika huwa neċessarju li l-Gvernijiet Ewropej jiffukaw aktar minn qatt qabel fuq is-sezzjoni ta’ nies li m’humiex fix-xogħol, edukazzjoni jew taħriġ. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow