IL-QAGĦDA FINANZJARJA TAL-ISTATI MEMBRI FL-AĠENDA TAL-ECOFIN
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN). L-Onor. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana.
Il-finanzi tal-Istati Membri se jkunu l-aktar punt importanti fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, l-ECOFIN, hekk kif mistennija tkun adottata Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-qagħda finanzjarja tal-Greċja li fiha l-Greċja tintalab tieħu inizjattivi u miżuri biex tnaqqas id-defiċit eċċessiv.
Il-Kunsill mistenni jiddiskuti wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li jtemm il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv fil-konfront ta’ Malta, il-Litwanja, ir-Rumanija, il-Latvja, l-Ungerija u l-Polonja. Dan wara li l-Kummissjoni Ewropea kienet ħarġet rapport li fih tirrikonoxxi li Malta ntlaqtet ferm aktar milli kien antiċipat mill-kriżi ekonomika internazzjonali u li Malta ħadet il-miżuri adattati u azzjoni effettiva biex tilqa' għal din is-sitwazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990