Left arrow Mur Lura

AVVIŻ PRELIMINARI DWAR SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)

PR0254
Date Icon 12/02/2010

L-Awtorita’ ta’ Ġestjoni f’Malta għall-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tgħarraf li fil-ġimgħat li ġejjin se tniedi sejħa għal proposti ta’ proġetti li se jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013.

Applikanti eliġibbli se jkunu mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għal proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorita’ li ġej tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittivita’ għall-Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar’:

Assi ta’ Prijorita’ 4: ‘Mitigazzjoni u Adattament għat-Tibdil fil-Klima’

Settur: L-Enerġija.  Is-sejħa hija ristretta għal interventi li jirrigwardaw l-użu effiċjenti tal-enerġija u sorsi rinovabbli tal-enerġija fl-infrastruttura minn Kunsilli Lokali u Għaqdiet non-Governattivi (jew l-ekwivalenti – inklużi skejjel tal-knisja u entitajiet oħra). Fil-każijiet kollha, l-organizzazzjoni għandha tkun ilha mwaqqfa minn tal-inqas sena qabel id-data tat-tnedija tas-sejħa u l-bini fejn se jseħħ l-intervent għandu jkun propjetà tal-organizzazzjoni li tapplika għall-fondi. F’każ tal-Kunsilli Lokali, il-bini għandu jkun propjetà tal-Kunsill jew inkella tal-Gvern.  Aktar informazzjoni se tingħata fis-sejħa li ħa tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin.

It-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa huwa ta’ €3.5 miljuni.

Din is-sejħa hija ristretta biss għal proġetti li ma jinvolvux implikazzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat.

Applikanti prospettivi għandhom jieħdu nota tat-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa. Il-proposti għandhom jibqgħu fil-limiti tal-baġit tas-sejħa, iżda l-Awtorità ta’ Ġestjoni tirriserva id-dritt li tagħżel iktar minn proġett wieħed jekk tħoss li dan hu xieraq u skont il-miri tal-Programm Operattiv.

It-tnedija tas-sejħa nnifisha kif ukoll id-dettalji dwar is-Sessjonijiet ta’ Informazzjoni relatati se jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin u se jkunu disponibbli fuq il-paġna elettronika tal-PPCD:www.ppcd.gov.mt/calls_all. Il-Formola tal-Applikazzjoni u d-dokumenti relatati mas-sejħa (inkluż il-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli) se jkunu aċċessibbli fuq din l-istess paġna, ladarba tiġi mnedija s-sejħa.

Sadanittant, aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD: www.ppcd.gov.mtjew billi tintbagħat email fuq info.ppcd@gov.mt.

Dan huwa avviż preliminari li qed isir sabiex jagħti aktar żmien għat-tħejjija tal-proġetti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow