Left arrow Mur Lura

L-ONOR CHRIS SAID JINDIRIZZA L-KUNGRESS TAL-KONFERDERAZZJONI TAT-TRADE UNIONS TA’ MALTA, IC-CMTU

PR0252
Date Icon 12/02/2010

L-Onor Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, indirizza l-kungress tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions ta’ Malta, ic-CMTU.

F’diskors tal-għeluq, is-Segretarju Parlamentari għamel referenza għan-nuqqas ta’ informazzjoni madwar l-Ewropa dwar il-ħidma ġenerali tal-UE, anke f’affarijiet bażiċi, u saħaq li f’Malta l-MEUSAC hi riżultat ta’ wiegħda elettorali li qed tressaq lill-poplu Malti u Għawdxi eqreb lejn l-Ewropa. Permezz tal-informazzjoni kontinwa fl-oqsma ta’ leġislazzjoni, deċiżjonijiet u opportunitajiet, il-MEUSAC qed tipprovdi tagħrif lill-Maltin biex ikunu konxji tal-affarijiet Ewropej li jolqtuhom direttament.

Bħala reazzjoni għad-diskors ta’ Mario Sepi, President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, li kien il-kelliem ewlieni fil-Kungress, Chris Said semma li t-Trattat ta’ Lisbona jagħmel referenza għal Demokrazija Parteċipattiva li għandha tistabbilixxi konsultazzjoni mal-pubbliku. Pero` din il-konsultazzjoni għadha biss prinċipju li għad trid tiġi żviluppat. Dr Said semma dan il-prinċipju l-Gvern f’Malta qed jattwah permezz tal-MCESD u l-MESUAC, permezz ta’ djalogu miftuħ, trasparenti u b’mod regolari, anke permezz tal-ħolqien ta’ 9 kumitati settorjali u l-Core Group tal-MEUSAC u anke permezz tal-uffiċċju l-ġdid f’Għawdex li qed jipprovdi għajnuna għal proġetti Ewropej lill-Għawdxin. Preżentament qed isir ukoll ristrutturar fil-Core Group tal-MEUSAC biex ikun hemm iktar imbuttatura għal iżjed parteċipazzjoni, kemm fil-Core Group kif ukoll fil-kumitati settorjali.

Is-Segretarju Parlamentari għamel ukoll referenza għas-sitwazzjoni ekonomika madwar l-Ewropa u semma kif permezz tad-djalogu soċjali l-Gvern ħoloq inċentivi biex jilqa’ għal din il-kriżi. Semma bħala eżempju l-fatt li ġew salvagwardjati 2500 impjieg ġdid, u investimenti ġodda bħal fil-qasam tal-manutenzjoni tal-ajruplani. Il-fatt li Malta daħlet bħala membru fil-familja Ewropea u fiż-zona Ewro għen biex aħna ma niġux affettwati bħal pajjiżi oħra ġirien tagħna, bħal Spanja u l-Greċja, jew il-Latvija u l-Islanda. Seħħew ukoll riformi importanti bħat-tneħħija tas-sussidji lit-Tarzna u t-Trasport u ħarisna iktar l-impjiegi mingħajr żieda fit-taxxi u b’defiċit li ġie miżmum taħt kontroll, ikkonkluda Chris Said.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow