Left arrow Go Back

IPPREŻENTAT L-ABBOZZ TA’ LIĠI MSEJJAĦ ATT BIEX JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET LI GĦANDHOM X’JAQSMU MA’ MATERJI KRIMINALI

PR0251
Date Icon 12/02/2010

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici, illum wara nofsinhar indirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar l-abbozz ta’ liġi msejjaħ Att biex jemenda diversi liġijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ Materji Kriminali li qed jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern. 

L-abbozz ta’ liġi qed jintroduċi numru ta’ artikoli ġodda u jemenda artikoli preżenti fil-Kodiċi Kriminali, fil-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, fir-Regolamenti tat-Traffiku, fl-Att dwar il-Pulizija, fl-Att dwar l-Estradizzjoni, fl-Att kontra l-Ħasil tal-Flusu fl-Att dwar l-Armi.  

Fost temi oħra, l-abbozz ser ikun qed jindirizza l-protezzjoni tat-tfal minn abbużi u esplojtazzjoni sesswali, pornografija tal-minuri u abbuż fuq l-internet.  

Artikoli oħra jirrigwardaw tibdil fil-Liġijiet tat-Traffiku, b’żieda fl-ammendi ta’ ċerti kontravenzjonijiet u l-introduzzjoni ta’ reati ġodda. 

Il-preżentazzjoni li ntweriet waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet qed tinhemeż ma’ din l-istqarrija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow