IL-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦAL-LAQGĦA INFORMALI TAL-KUNSILL EWROPEW
PR0234
11/02/2010
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi llum ħalla Malta għal Brussell fejn se jattendi għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.
Waqt il-laqgħa tal-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej fi Brussell, il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana u mid-Deputat Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Leonard Callus.
Qabel jasal lura Malta, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ministru Austin Gatt, kif qal fil-jiem li għaddew, se jiltaqgħu mal-Perit Renzo Piano. Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta nhar il-Ġimgħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990