Left arrow Mur Lura

GOZO CUP - TOURNAMENT KWADRANGULARI F’GĦAWDEX BEJN ID-19 U L-21 TA’ FRAR

PR0222
Date Icon 08/02/2010

Il-Gozo Football Association illum nediet il-Gozo Cup li hija tournament kwadrangulari li se jintlagħab bejn il-Ġimgħa 19 ta’ Frar u l-Ħadd 21 ta’ Frar. Dan it-tournament, li qed jittella’ bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, se jintlagħab fil-Gozo Stadium u Sannat Ground.

Fit-tournament se jieħdu sehem Valletta FC, AS Hibernians, Birkirkara FC u selezzjoni Għawdxija (Gozo XI). B’kollox se jkun hemm żewġ semi-finali, finali u play-off għat-tielet post.

Minbarra dawn il-logħobiet se jkun hemm ukoll numru ta’ tournaments fil-kategoriji U/8, U/10 u U/12, li se jintlagħabu f’diversi grounds madwar Għawdex.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said faħħar din l-inizjattiva u qal li din se tghin ħafna biex issaħħaħ in-niċċa tat-turizmu sportiv f’Għawdex. Huwa qal ukoll li l-ħsieb hu li din il-kompetizzjoni ssir kull sena u tieħu postha fil-kalendarju ta’ attivitajiet tax-xitwa f’Għawdex.

Chris Said qal li kompetizzjoni li tinvolvi tlieta mill-aqwa klabbs f’Malta tagħti spinta kbira lit-turizmu intern f’Għawdex fl-aktar xhur meqjusa dgħajfa. Huwa qal ukoll li l-Gozo Football Association mhux se tieqaf hawn u qed taħdem biex iġġib ukoll klabbs barranin għal sessjonijiet ta’ taħriġ (training camps) f’Għawdex matul ix-xhur tax-xitwa.

Huwa qal ukoll li fuq l-istess linji tal-Gozo Cup, qed isir xogħol biex issir kompetizzjoni oħra fl-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel fil-korsa ta’ Għawdex.

Il-President tal-Gozo Football Association, Alvin Grech irringrazzja lit-timijiet parteċipanti għall-interess tagħhom u qal li dawk il-partitarji li jixtru l-biljetti tat-tournament mill-uffiċini tal-Gozo Channel fiċ-Ċirkewwa, se jingħataw il-biljett tal-passiġġier biex jaqsmu lejn Għawdex b’xejn.

Min-naħa tagħhom ir-rapprezentanti ta’ Valletta, Hibernians u Birkirkara qalu li huma sodisfatti ħafna li se jingħataw l-opportunita’ jilgħabu f’Għawdex għax jemmnu li b’hekk isaħħu r-rabta ma’ din il-gżira u mal-partitarji Għawdxin. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow