IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JIPPREZENTA DONAZZJONI LIS-SALESJANI MILL-ATTIVITA’ TAL-FESTA TAĊ-ĊITRU
Il-President George Abela ippreżenta l-qliegħ li ħalliet l-attivita’ Il-Festa taċ-Ċitru, organizzata mill-Uffiċċju tal-President nhar il-Ħadd 31 ta’ Jannar, fil-ġonna ta’ San Anton. Din id-donazzjoni ta’ €13,500 giet ipprezentata lil Fr. Eric Cachia, rappreżentant tas-Salesjani.
Il-President George Abela irringrazzja lil kull minn ta sehmu sabiex din il-Festa taċ-Ċitru, li saret għall-ewwel darba f’San Anton kienet suċċess.
F’dik l-okkażjoni, inbiegħu 6,800 kilo larinġ. Diversi stands kienu armati bil-parteċipazzjoni ta’ Naturalment Malti u koperattivi lokali. Barra li min attenda seta’ jgawdi l-ġonna li kienu miftuħa għall-pubbliku, wieħed seta’ wkoll jixtri l-prodott. L-istaff ta’ San Anton ħejjew ftajjar u kejkiet u b’hekk setgħu jinġabru iktar donazzjonijiet mingħand dawk li attendew.
Il-Malta Community Chest Fund, ġimgħatejn ilu, ppreżentat donazzjoni lis-Salesjani lejn il-vittmi tat-terrimot f’Haiti. “Dawn id-donazzjonijiet kienu mmirati lejn għan speċifiku, dak li jerġgħu jinbnew l-iskejjel li waqgħu bit-terremot. L-edukazzjoni hija mportanti ħafna u b’hekk il-pajjiż jista’ jerġa jinbena fuq bażi b’saħħitha”, temm jgħid il-President George Abela.
F’Haiti, bħalissa, madwar 30,000 ruħ qegħdin isibu kenn għand is-Salesjani u l-Poplu Malti kompla juri l-ġenerożita’ tiegħu meta attenda bi ħġaru għall-Festa taċ-Ċitru f’San Anton.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990