Left arrow Mur Lura

FESTIVAL TAX-XJENZA F’SAN ĠWANN

PR0210
Date Icon 05/02/2010

Nhar il-Ħadd 7 ta’ Frar 2010, se jitella’ Festival tax-Xjenza f’Misraħ Lourdes f’San Ġwann. Dan il-festival qed jittella’ mill-MCST (Malta Council for Science and Technology) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali flimkien mal-Kunsill Lokali San Ġwann. Nhar il-Ħadd il-festival jiftaħ fl-10.00 a.m. u jagħlaq fil-5.00 p.m.  

Waqt din il-ġurnata se jkunu esebiti numru ta’ proġetti li juru l-avvanz tax-xjenza u t-teknoloġija b’mod kreattiv, sabiex aktar tfal u żgħażagħ jagħżlu li jisfruttaw l-opportunitajiet li dan il-qasam joffri.  

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino ħabbar li  wara s-suċċess tas-Science and Technology Festival li sar fl-Universita’ f’Novembru li għadda, issa se jkunu organizzati 6 festivals simili f’kollaborazzjoni ma’ 6 kunsilli lokali. Dawn huma San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Mtarfa, Marsaskala, l-Imqabba u x-Xagħra, Għawdex. 

Dawn l-inizjattivi qegħdin jittelgħu permezz tal-fond Soċjali Ewropew, bir-rata ta’ kofinanzjament ta’ 85%minn Fondi Ewropej u 15% minn fondi nazzjonali, b’investiment ta’ €20,000.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow