FESTIVAL TAX-XJENZA F’SAN ĠWANN
Nhar il-Ħadd 7 ta’ Frar 2010, se jitella’ Festival tax-Xjenza f’Misraħ Lourdes f’San Ġwann. Dan il-festival qed jittella’ mill-MCST (Malta Council for Science and Technology) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali flimkien mal-Kunsill Lokali San Ġwann. Nhar il-Ħadd il-festival jiftaħ fl-10.00 a.m. u jagħlaq fil-5.00 p.m.
Waqt din il-ġurnata se jkunu esebiti numru ta’ proġetti li juru l-avvanz tax-xjenza u t-teknoloġija b’mod kreattiv, sabiex aktar tfal u żgħażagħ jagħżlu li jisfruttaw l-opportunitajiet li dan il-qasam joffri.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino ħabbar li wara s-suċċess tas-Science and Technology Festival li sar fl-Universita’ f’Novembru li għadda, issa se jkunu organizzati 6 festivals simili f’kollaborazzjoni ma’ 6 kunsilli lokali. Dawn huma San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Mtarfa, Marsaskala, l-Imqabba u x-Xagħra, Għawdex.
Dawn l-inizjattivi qegħdin jittelgħu permezz tal-fond Soċjali Ewropew, bir-rata ta’ kofinanzjament ta’ 85%minn Fondi Ewropej u 15% minn fondi nazzjonali, b’investiment ta’ €20,000.Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990